STQARRIJA DWAR IS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL INTEGRATED HEALTH INFORMATION SYSTEM (IHIS)
F’Mejju 2005, id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ sejħa għall-offerti għal Integrated Health Information System (IHIS) għall-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità.
Il-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni ngħata r-responsabbiltà jmexxi ‘l-kumitat ta’ evalwazzjoni teknika ta’ din is-sejħa. Il-proċess ta’ evalwazzjoni jinsab fl-aħħar fażi tiegħu. Dan il-kumitat kien kompost ukoll minn uffiċjali tal-kumpanija MITTS Ltd kif ukoll minn uffiċjali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunità u l-Isptar Mater Dei.
Ix-xahar li għadda, iċ-Chairman tal-kumitat esprima s-suspett tiegħu mal-Ministru Austin Gatt li informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali setgħet ġiet kommunikata lill-offerenti fil-proċess tas-sejħa għall-offerti mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-Ministru Gatt informa b’dan lill-Prim Ministru li qabel li l-Ministru jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga dan is-suspett.
Il-Ministeru jinsab informat li impjegat tal-MITTS Ltd li kien qed jassisti bħala konsulent tekniku tal-proċess ta’ evalwazzjoni, kien qed jgħin lill-Pulizija fl-istħarriġ tagħha.
Biex ma jiġux preġudikati l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, il-Ministeru ser jitlob lill-Bord t’Evalwazzjoni biex jissospendi l-attivitajiet tiegħu sakemm jingħata avviż ieħor.
DOI - 16.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958