Żjara tal-Ministru Michael Frendo fl-italja
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Michael Frendo, bħalissa jinsab fuq żjara qasira fl-Italja fejn kien mistieden jagħmel indirizz f’Ruma fil-Link Campus ta’ l-Universita’ ta’ Malta, dwar l-inizjattiva ta’ Malta għall-Konferenza tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Lega Għarbija.
Il-Ministru Michael Frendo ħa l-okkazjoni biex jagħmel zjara ta’ korteżija lill-President tas-Senat tar-Repubblika Taljana, l-Onor. Franco Marini fl-Uffiċċju tiegħu f’Palazzo Giustiniani. F’din il-laqgha, l-Ministru Frendo kompla saħħaħ il-ħidma diplomatika favur din l-istess inizjattiva.
Aktar tard il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta, Michael Frendo, fiċ-Ċirkolu tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja, indirizza Konferenza ta’ l-Aħbarijiet dwar l-istess suġġett fejn kienu preżenti diversi rapprezentanti ta’ l-istampa taljana.
Matul iż-żjara tiegħu f’Ruma, il-Ministru kien akkumpanjat minn Walter Balzan, l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja.
DOI – 15.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958