PROSPETTI TA’ KARRIERI F’GĦAWDEX
Il-Kunsill għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex flimkien maċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex se jorganizzaw konferenza ta’ konsultazzjoni dwar il-prospetti ta’ karrieri f’Għawdex, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2007, fil-Grand Hotel, Għajnsielem, bejn is-1.30pm u l-5.00pm.
Il-Konferenza se tikkonsisti f’rapport qasir dwar il-“Prospetti ta’ Karrieri f’Għawdex”, imħejji mill-Kunsill għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex, segwit minn diskussjonijiet fuq il-prospetti eżistenti għal studenti tas-Sixth Form li qed jippreparaw għal dħul fl-Universita’ ta’ Malta, għal studenti ta’ l-MCAST u studji oħra vokazzjonali, għal studenti li jħallu l-edukazzjoni formali kmieni kif ukoll għal dawk li ma jkollhomx il-kwalifiki meħtieġa.
Din il-konferenza se tiġi ppreżentata bil-Malti u hija miftuħa għal dawk kollha li joffru servizzi marbuta ma’ l-edukazzjoni.
Il-parteċipazzjoni hija b’xejn, iżda dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba jimlew il-formula ta’ reġistrazzjoni li hija disponnibli minn:
http://home.um.edu.mt/ugc/careers_january07.doc
Il-formula għandha titbagħat lura liċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex, Triq l-Imġarr, Xewkija sa mhux iktar tard mis-Sibt 20 ta’ Jannar 2007.
DOI 12.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958