Left arrow Go Back

PITTURA ASTRATTA MALTIJA MILL-MUŻEW NAZZJONALI TA’ L-ARTI GĦALL-WIRI FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR0024
Date Icon 12/01/2007

Wirja ta’ pittura astratta minn artisti Maltin magħmula bejn l-1980 u l-2005 u li jinsabu fil-kollezzjoni nazzjonali qiegħda għall-wiri fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex. Il-wirja, li qed tigi organizzata minn Heritage Malta flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ġiet inawgurata mill-Onor Giovanna Debono u ser tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Jannar 2007. Waqt il-ftuħ tal-wirja sar diskors mis-Sur Dennis Vella, Kuratur ta’ l-Arti Moderna u Kontemporanja fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti. Iċ-Chief Executive Officer ta’ Heritage Malta, Dr Luciano Mule’ Stagno għamel ukoll diskors ta’ introduzzjoni. 

L-artisti li x-xogħol tagħhom qiegħed jintwera f’din il-wirja huma; Norbert Attard (t. 1951), Vince Briffa (t. 1952), Austin Camilleri (t. 1972), Pawl Carbonaro (t. 1948), Joseph Paul Cassar (t. 1958), Alfred Chircop (t. 1933), Marco Cremona (t. 1951), Luciano Micallef (t. 1954), Anton Grech (t. 1965), John Grima (t. 1967), Carmen Pizzuto (t. 1957), Joseph Saliba Saliba (t. 1954) u Anthony Spagnol (t. 1960). 

L-astratt fl-arti Maltija deher għall-ewwel darba madwar l-1955, ħamsin sena wara l-bqija ta’ l-Ewropa, u għall-bidu ma kienx ikkunsidrat tajjeb ħafna. Madanakollu, minħabba l-livelli għoljin milħuqa minn Emvin Cremona u Alfred Chircop, dan l-istil issa huwa aċċettat u huwa rappreżentat fl-akbar kollezzjonijiet pubbliċi u privati f’Malta. 

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ din il-kollezzjoni huma l-ispirazzjonijiet diretti min-natura bħal fix-xogħlijiet ta’ Chircop, Spagnol, Camilleri u Grima flimkien ma’ improvizazzjonijiet ta’ moviment bħal fil-pittura ta’ Carbonaro u Micallef, flimkien ma’ xeħtiet oħrajn. 

L-artisti kollha li x-xogħlijiet tagħhom qegħdin jintwerew f’din il-wirja, ilkoll kemm huma taw xhieda wiesgħa ta’ l-impenn tagħhom lejn dan it-tip ta’ arti matul il-karriera tagħhom, u esibew x-xogħlijiet tagħhom ħafna drabi, kemm f’Malta kif ukoll barra. 

Il-wirja hija miftuħa kuljum bejn id-9.00am u l-4.30pm kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd mid-9.00am sa nofsinhar.

DOI  12.01.2007

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow