KONFERENZA NAZZJONALI DWAR L-INKLUŻJONI SOĊJALI: INSAĦĦU L-INKLUŻJONI SOĊJALI – NIMXU ’L QUDDIEM FLIMKIEN
Id-Direttorat għall-Iżvilupp ta’ Policies u Implimentazzjoni ta’ Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qed jorganizza konferenza nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar fil-lukanda Le Meridien Phoenicia, il-Furjana.
L-għan ta’ din il-konferenza huwa li tlaqqa’ flimkien lil dawk kollha li huma involuti jew interessati fil-promozzjoni ta’ l-inklużjoni soċjali sabiex flimkien jiddiskutu kif għandhom ikomplu jimxu f’dan il-qasam. Din is-sena, għall-darb’oħra, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ser jissusidja b’mod sħiħ il-parteċipazzjoni u l-coffee break ta’ kull min jattendi. L-ikla buffet ta’ nofs in-nhar, li parti minnha wkoll ser tiġi finanzjata mill-istess Ministeru, qed tiġi offruta bil-prezz sussidjat ta’ Lm 6.50 kull persuna.
Għaldaqstant, kull min hu interessat f’dan is-suġġett huwa mistieden. Min jixtieq aktar informazzjoni u/jew jixtieq jirregistra għal din il-konferenza huwa ġentilment mitlub li jkellem lil Therese Micallef fuq in-numru 2590-3217 jew lil Mary Grace Vella fuq 2590-3219 jew jikkomunika permezz ta’ l-e.mail: socialinclusion@gov.mt
L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar.
D.O.I. - 11.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958