JippreŻenta l-kredenzjali bĦala RappreŻentant Permanenti ta’ Malta gĦalL-F.A.O.
L-Ambaxxatur Walter Balzan ippreżenta l-kredenzjali tiegħu bħala Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-FAO, l-Organizzazzjoni dwar Ikel u Agrikoltura, lid-Direttur Generali s-Sur Jacques Diouf, nhar il-Ħamis, 21 ta’ Diċembru, 2006.
Waqt ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni, id-Direttur Generali li kien akkumpanjat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu, kif ukoll mill-Kap tal-Protokoll ta’ l-Organizzazzjoni, esprima l-apprezzament tiegħu għall-parteċipazzjoni attiva u l-kontribut effettiv ta’ Malta lill-Organizzazzjoni.
Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Balzan li kien akkumpanjat mis-Sinjorina Ritienne Bonavia, uffiċjal fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, saħaq dwar il-konvinċiment ta’ Malta fl-importanza tal-multilateraliżmu u l-impenn ta’ Malta li tkompli ssaħħah ir-relazzjonijiet tagħha ma’ l-Organizzazzjoni.
DOI – 05.01.2007
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958