Fażi oħra tax-xogħol fuq it-triq arterjali Victoria-San Lawrenz
Qiegħed jasal dejjem iktar lejn tmiemu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid fuq il-fażi preżenti tat-triq arterjali li tgħaqqad lill-Belt Victoria ma’ San Lawrenz f’Għawdex, hekk kif f’dawn l-aħħar jiem tqegħdet l-aħħar kisja ta’ asfalt biex issa l-vetturi li jużaw din l-arterja prinċipali jistgħu jagħmlu użu minnha b’iktar kumdita’.
Bħalissa qiegħed jissokta x-xogħol ta’ tisbiħ fuq roundabout li saret f’din it-triq li għandha l-għan li mhux biss isservi ta’ miżura li ġġiegħel it-tnaqqis tal-veloċita’ tat-traffiku imma wkoll ittejjeb il-moviment tat-traffiku minn u lejn ir-raħal ta’ l-Għasri. Din ir-roundabout tfasslet wara li ġiet esproprijata art fl-inħawi biex inħolqot sistema iktar komda u sigura għat-traffiku kollu, inkluż trakkijiet u coaches, li jkunu fid-direzzjoni tagħhom għall-Għasri, Għarb jew San Lawrenz.
Fil-jiem li ġejjin mistenni jsir ukoll xogħol ta’ installazzjoni ta’ dawl adegwat tul ir-rotta kollha kif ukoll jinżebgħu s-sinjali tat-traffiku meħtieġa fl-art. Ser isir ukoll xogħol ta’ bini ta’ ħitan tas-sejjiegħ u tisbiħ ieħor permezz ta’ pjanti u xtieli adegwati biex tingħata dehra isbaħ lil din it-triq.
Fil-ġranet li ġejjin mistenni wkoll jissokta l-bqija tal-proġett b’iktar xogħlijiet f’parti oħra ta’ din ir-rotta – minn ħdejn is-siġra fil-junction ta’ Ta’ Pinu lejn l-Għarb.
DOI - 05.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958