KAMPANJA TA’ TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA
Fl-istaġun li qegħdin fih huwa komuni li jkun hawn mard respiratorju, karatterizzat ħafna drabi b’sogħla, flissjoni u deni. Biex tilqa’ kemm jista’ jkun kontra mard aktar serju, f-Ottubru li għadda, id-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet kampanja ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali ta’ kull sena.
Bħal fis-snin l-imgħoddija, din it-tilqima kontra l-influwenza ngħatat b’xejn mid-Dipartiment tal-Kura Primarja lil diversi kategoriji ta’ pazjenti li jbatu minn mard kroniku u lil dawk li għandhom ’l fuq minn 55 sena.
Peress li għad fadal xi ftit fjali ta’ din it-tilqima kontra l-influwenza, id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tistieden lil dawk il-membri tal-pubbliku li għadhom ma tlaqqmux, sabiex imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal tagħhom u jitlaqqmu b’xejn kontra l-influwenza.
Wieħed jista’ jinqeda bejn it-8.30 ta’ fil-għodu u s-1.00 ta’ wara nofsinhar, mit-Tnejn sas-Sibt, sakemm l-istokk iservi.
Din l-istedina hija miftuħa għal kulħadd irrispettivament mill-età jew kundizzjoni ta’ saħħa.
DOI 03.01.2007
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958