Left arrow Mur Lura

IL-FUEL SURCHARGE FUQ L-ELETTRIKU

PR1774
Date Icon 29/12/2006

Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata tal-fuel surcharge fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż.   Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali kif ukoll mir-rata tal-kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Lira Maltija. 

L-Enemalta tuża l-Fuel Oil għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%. 

Bir-rata tal-prezzijiet taż-żjut u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Novembru–Diċembru, 2006, hu stmat li l-fuel surcharge li għandha tinġabar din is-sena hi ta’ Lm32,115,014.   Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-surcharge  tlaħħaq il-65.93% 

F’Ottubru 2005 il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-surcharge biex ittaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-surcharge, liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42% wara li jiġi wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta.  

Kif thabbar fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fid-29 ta’ November 2006 (Nru 1642) is-surcharge fuq l-elettriku se tonqos minn 59.5% għal 54% b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.  

Għalhekk, l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed tippublika din il-bidla fis-surcharge għall-perjodu Jannar- Frar 2007. 

Perjodu

Surcharge

Novembru –Diċembru 2006

59.5%

Jannar –Frar 2007

54.0%

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow