IL-FUEL SURCHARGE FUQ L-ELETTRIKU
Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata tal-fuel surcharge fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż. Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali kif ukoll mir-rata tal-kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Lira Maltija.
L-Enemalta tuża l-Fuel Oil għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%.
Bir-rata tal-prezzijiet taż-żjut u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Novembru–Diċembru, 2006, hu stmat li l-fuel surcharge li għandha tinġabar din is-sena hi ta’ Lm32,115,014. Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-surcharge tlaħħaq il-65.93%
F’Ottubru 2005 il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-surcharge biex ittaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-surcharge, liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42% wara li jiġi wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta.
Kif thabbar fl-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fid-29 ta’ November 2006 (Nru 1642) is-surcharge fuq l-elettriku se tonqos minn 59.5% għal 54% b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
Għalhekk, l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed tippublika din il-bidla fis-surcharge għall-perjodu Jannar- Frar 2007.
Perjodu
Surcharge
Novembru –Diċembru 2006
59.5%
Jannar –Frar 2007
54.0%
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958