Left arrow Go Back

TKOMPLI L-GĦAJNUNA U L-APPOĠĠ LILL-QASAM TAS-SAJD

PR1773
Date Icon 29/12/2006

Waqt attività soċjali organizzata mill-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius, tkellem dwar l-importanza ta’ l-industrija tas-Sajd f’pajjiżna kif ukoll l-għajnuna li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħti lil dan is-settur.  Hu fakkar dwar l-impenn li l-Gvern qiegħed iwettaq fuq diversi sfidi li qed jiltaqgħu magħhom s-sajjieda, fosthom il-kwistjoni tal-kwota tal-qbid tat-tonn.  

Minn naħa tiegħu l-President tal-Kooperattiva, is-Sur Raymond Bugeja irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari tal-ħidma li qed issir b’risq is-sajjieda Maltin u Għawdxin. Il-President tal-Kooperattiva kompla billi rringrazzja lill-Gvern tal-fiduċja u l-appoġġ li qiegħed jagħti lil dan is-settur. 

Is-Segretarju Parlamentari Dr Francis Agius ippreżenta ċekk ta’ Lm72,342 lill-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd. bħala għajnuna mill-programm ta’ għajnuniet lis-sajjieda. Dr Agius irrefera ukoll għal programm ta’ għajnuna dwar l-istrutturar tal-flotta. Minn dan il-programm is-sajjieda Maltin u Għawdxin diġà bbenefikaw f’iktar minn Lm 1.79 miljun liri Maltin.  Dawn l-għajnuniet huma intiżi biex itejbu l-effiċjenza u l-kompetittività tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. 

Għal din is-serata, attendew mijiet ta’ sajjieda u l-familjari tagħhom fosthom membri taż-żewġ kooperattivi tas-sajd li huma Il-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd. u l-Għaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd.  

Preżenti wkoll kien hemm rappreżentanti mill-qasam ta’ l-Akwakultura.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow