Left arrow Mur Lura

ID-DAZJU TAS-SISA FUQ IL-KARBURANT

PR1771
Date Icon 29/12/2006

Id-Dipartiment tad-Dwana jixtieq javża li d-derogi mill-provedimenti tad-Direttiva 2003/96/KE mogħtija bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, li permezz tagħhom karburant li jintuża għan-navigazzjoni bejn Malta u Stati Membri oħra ta’ l-UE, b’vetturi għall-gost privati ta’ l-ajru jew tal-baħar, jista’ jinbiegħ mingħajr ma’ jitħallas dazju tas-sisa, jiskadu nhar il-31 ta’ Diċembru 2006.   

Għalhekk, mill-1 ta’ Jannar 2007 ser jinġabar id-dazju tas-sisa fuq il-karburant kollu li jinbiegħ għall-għanijiet hawn fuq imsemmija. 

Sadanittant il-Gvern Malti talab formalment li dawn id-derogi jiġġeddu.  Il-Kummissjoni diġà stqarret li ma’ taqbilx mat-tiġdid tad-deroga għall-vetturi tal-baħar.   

Id-Dipartiment tad-Dwana ser iżomm il-pubbliku infurmat dwar il-progress ta’ dawn it-talbiet. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow