IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA KATE GONZI JILQGĦU LILL-PUBBLIKU F'KASTILJA NHAR L-EWWEL TAS-SENA 2007
PR1768
28/12/2006
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi u s-sinjura Kate Gonzi, se jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja biex jawguraw lil xulxin nhar l-Ewwel tas-Sena 2007.
Kull min jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru u s-sinjura tiegħu nhar l-Ewwel tas-Sena 2007, jista' jagħmel dan fil-Berġa ta' Kastilja bejn l-10.00 a.m. u nofsinnhar, nhar it-Tnejn li gej, 1 ta' Jannar 2007.
Waqt li jkun fil-Berġa ta' Kastilja, il-pubbliku ser ikun jista' jara l-Kamra tal-Kabinett kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li ser ikunu miftuħa għall-okkażjoni.
Il-Berġa ta' Kastilja se tinżamm miftuħa wkoll bejn l-4.00 p.m. u s-6.00 p.m., nhar l-Ewwel tas-Sena għal dawk li jixtiequ jiffirmaw il-Ktieb tal-Viżitaturi tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958