Left arrow Go Back

JITĦABBAR IL-PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET GĦAT-‘TRE RE – NOTTE MAGICA’

PR1766
Date Icon 27/12/2006

“Bħala parti mill-attivitajiet li se jkunu organizzati fis-6 ta’ Jannar, 2007,  sabiex jitfakkar it-‘Tre Re’ (l-Epifanija) ser ikun hemm seba’ palkijiet mal-belt Valletta kollha fejn ser jingħataw rappreżentazzjonijiet minn talent lokali u mill-Irish band ‘The Commitments.” 

Dan ħabbru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fejn ingħataw dettalji dwar il-programm ta’ attivitajiet fit-“Tre Re – Notte Magica”. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-palk ewlieni ser ikun f’Misraħ il-Ħelsien, filwaqt li l-palkijiet l-oħra ser jintramaw fis-sit tat-Teatru Rjal, il-Main Guard, Pjazza l-Assedju l-Kbir, Triq il-Merkanti, Misraħ San Ġwann u fil-bitħa tal-Berġa ta’ l-Italja fejn hemm l-istess Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.  Rappreżentazzjoni oħra ser tingħata fis-sede tal-Kamra tal-Kummerċ. 

Il-Ministeru Zammit Dimech qal li tul is-serata ser ikun hemm street performers filwaqt li tliet baned ser jallegraw bil-mużika tagħhom lil kull min jidħol fil-belt. Hu qal ukoll li konxju minn nuqqas ta’ ħwienet li fetħu dakinhar tan-Notte Bianca, kien qed jinkoraġġixxi aktar ħwienet biex jiftħu tul l-avveniment u anke biex ikollhom offerti speċjali għal din il-lejla. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Ministeru tiegħu, li flimkien ma’ NnG Promotions, il-Kunsill Lokali Valletta u l-Valletta Alive Foundation qed jorganizza din il-lejla, qed jagħmel arranġamenti biex jillumina faċċati bħal dik ta’ Bieb il-Belt u l-Berġa ta’ l-Italja. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien jemmen li din l-attivita’ kienet qed terġa’ tagħti l-ħajja lill-festa tat-‘Tre Re’ u hekk itawwal l-istaġun festiv tal-Milied. Din l-attivita’ kienet qed tikkontribwixxi wkoll biex il-kapitali ta’ pajjiżna tkompli tingħata l-ħajja bil-lejl.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li minbarra li din l-attivita’ kienet ta’ attrazzjoni għall-poplu Malti, li diġa’ wera kemm japprezza attivitajiet bħal dawn meta daħal bi ħġaru fil-belt għan-Notte Bianca, kienet ukoll ta’ attrazzjoni turistika. Hu qal li kien ċert li din l-attivita’ kienet ser tidħol fil-kalendarju ta’ attivitajiet li jsiru f’pajjiżna u li kienu qed jagħtuna isem ta’ pajjiż fejn jiġu organizzati attivitajiet kulturali u ta’ divertiment ta’ kwalita’ u tul is-sena kollha. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow