PR1765
Il-President Eddie Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami llum ippreżentaw, f’isem il-Malta Community Chest Fund, donazzjonijiet lil diversi assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti; somma totali ta’ Lm19,500 li kienet tikkonsisti f’għajnuna finanzjarja, sodod u appart speċjalizzat fost l-oħrajn.
Id-dsatax-il assoċjazzjoni u istituti li bbenefikaw huma: Angela House, Arka Respite Centre, Moviment Cana, Dar l-Emigrant, Dar Qalb ta’ Gesu, Sorijiet Franġiskani, Ħbieb Agenzija Sapport, Lourdes Home, Mużew tal-Bniet Ħad-Dingli, Mużew Bormla, OASI, Pompeii Home, STAND, YMCA, Dar San Franġisk de Paule, Laura Vicuna, Society of Ladies of Charity (St. Vincent de Paul), Sorijiet Dumnikani fi Trionfi House u l-Physically Handicapped Corradino.
Tul l-2006 il-Malta Community Chest Fund qassmet Lm521,755 li minnhom total ta’ Lm48,053 ingħataw lil assoċjazzjonijiet filantropiċi u istituti, filwaqt li Lm373,704 ingħataw ’l fuq minn 3000 individwu u ’l fuq minn Lm100,000 ingħataw lil familjari ta’ pazjenti li huma rikoverati barra minn Malta.
Il-President Fenech Adami rringrazzja lil kull min ta l-kontribut kemm permezz ta’ donazzjonijiet kif ukoll permezz ta’ xogħol volontarju biex jintlaħqu dawk kollha li kienu u huma fil-bżonn. Dan, sostna l-President, juri qalb il-Poplu Malti li hi solidali fis-siegħa tal-bżonn.
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami awguraw li nhar is-Sibt li ġej, 30 ta’ Diċembru, kulħadd jagħti s-sehem skond kemm jista’ waqt l-Istrina 2006 li nofs il-ġbir jgħaddi lill-Malta Community Chest Fund.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958