Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATUR ĠDID TA’ MALTA GĦALL-ITALJA JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI LILL-PRESIDENT TALJAN

PR1757
Date Icon 21/12/2006

L-Ambaxxatur ġdid ta’ Malta għall-Italja, s-Sur Walter Balzan ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ l-Italja, Giorgio Napolitano nhar il-15 ta’ Dicembru, 2006, waqt ċerimonja li saret fil-Palazz Presidenzjali tal-Quirinale f’Ruma. 

Il-President Napolitano kien akkumpanjat minn diversi uffiċċjali għolja tal-Presidenza kif ukoll mill-Onor. Patrizia Sentinelli, Sotto Segretarju fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Balzan kien akkumpanjat mid-diplomatiċi Maltin fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma. 

F’laqgħa privata bejn il-President Napolitano u l-Ambaxxatur Balzan, immedjatament wara l-prezentazzjoni tal-kredenzjali, ġew sottolineati r-relazzjonijiet eċċellenti li jezistu bejn iż-żewġ pajjizi fid-diversi oqsma u anke fil-kuntest ta’l-Unjoni Ewropea.  

Filwaqt li rreċiproka s-sentimenti sbieħ espressi mill-President Taljan, l-Ambaxxatur Malti sostna l-impenn tieghu li jaħdem halli l-koperazzjoni u r-relazzjonijiet speċjali li dejjem kien hemm bejn l-Italja u Malta jkomplu jissaħħu. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow