Left arrow Mur Lura

TKOMPLI L-ĦIDMA TAL-GVERN MALTI DWAR IL-KWISTJONI TAS-SAJD GĦAT-TONN FIL-MEDITERRAN

PR1748
Date Icon 20/12/2006

Il-ħidma tal-Gvern Malti biex ikunu mħarsa l-interessi ta’ pajjiżna fil-qasam tas-sajd tat-tonn kompliet f’dawn il-jiem waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tas-Sajd li qed jiltaqa’ fi Brussels. 

Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru George Pullicino, qed jirriafferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ argumenti fosthom li s-sajd għat-tonn jirrappreżenta madwar terz ta’ l-attivita’ ekonomika marbuta mas-sajd f’pajjiżna. 

Fl-intervent tiegħu waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri, l-Onor. Pullicino tenna li fis-sajd għat-tonn, is-sajjieda Maltin dejjem użaw mezzi artiġjanali u għaldaqstant jikkawżaw l-anqas ħsara possibli lis-sostenibbilta’ tat-tonn fil-Mediterran, kuntrarjament għas-sajd industrijali bil-purse seiners.  Il-Ministru Pullicino tenna li Malta dejjem segwiet ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT), fosthom billi dejjem saru l-isforzi kollha biex Malta tirrispetta l-kwota allokata lilha. 

Il-Ministru Pullicino fakkar kif il-kwota tal-pajjiżi membri ġodda ser tiġi inkluża għall-ewwel darba fil-kwota totali ta’ l-Unjoni Ewropea u li allura dan se jwassal inevitabilment biex issir diskussjoni nterna dwar din il-kwistjoni fost il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru George Pullicino qal li Malta tkun lesta tikkunsidra kwota parzjali tat-tonn ġaladarba tkun rikonoxxuta r-referenza storika ta’ Malta u din tkun inkluża fil-qabda totali Ewropea.  Malta nsistiet li l-kwoti parzjali m’għandhomx jintużaw bħala referenza għall-allokazzjoni finali bejn l-Istati Membri meta din tkun diskussa fost l-Istati Membri. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow