Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. LAWRENCE GONZI, WAQT LAQGĦA MA’ MEMBRI TA’ L-ISTAMPA, MEMBRI TA’ KUNSILLI U TA’ KORPI KOSTITWITI, TRADE UNIONS U EMPLOYERS’ ORGANISATIONS, RAPPREŻENTANTI TAL-PARTITI POLITIĊI U GĦAQDIET OĦRA

PR1747
Date Icon 20/12/2006

Għeżież, 

Huwa b’sens ta’ sodisfazzjon li f’dawn iż-żminijiet insib l-okkażjoni sabiex niltaqa’ magħkom biex naqsmu ftit riflessjonijiet flimkien dwar dak li nkunu għaddejna minnu tul is-sena u naħsbu wkoll dwar dak li jkun hemm jistenniena matul  is-sena d-dieħla. 

Matul ix-xhur li għaddew ħdimna magħkom u ħadna deċiżjonijiet kbar li qed jagħtu riżultati tajbin u bi ħsiebna nkomplu naħdmu magħkom għax aħna nagħrfu li kull aspirazzjoni tkun trid gwida tajba iżda biex titwettaq ikun meħtieg l-appoġġ tagħkom. Il-kuraġġ hu meħtieġ biex kull mument nieħdu dawk id-deċiżjonijiet kbar jew zgħar.  

Pajjizna hu mibni fuq ix-xogħol, għalhekk il-kapaċitajiet ta’ kull wieħed u waħda minna għandna bżonn inkomplu niżviluppawhom u noħorguhom biex mhux biss jinkiseb is-suċċess fuq il-livell individwali iżda dan il-pajjiz ikompli jistagħna biex ikun jista’ jkompli jagħti l-aħjar livell ta’ edukazzjoni, saħħa u kura u jaghti wens lil dawk li jinħtiegu spalla fuq x’hiex jistrieħu.   

Matul is-sena li għaddiet, dan il-gvern kompla jiġġenera l-impjiegi.  Kien hemm ristrutturar matul is-snin li għaddew li għalih kien hemm rispons pożittiv minn kulħadd.  U hawn irrid ngħid grazzi kemm lill-ħaddiema tagħna kif ukoll lil dawk li jimpjegawhom għaliex qatt ma naqsu milli juru l-flessibilta’ meħtieġa sabiex l-ekonomija tagħna tinbidel minn waħda ta’ valur miżjud baxx għal waħda ta’ aktar opportunitajiet għal kulħadd.       

It-850 miljun Ewro għad-dispożizzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi huma wkoll rizultat tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Dawn għandhom jagħtu spinta ’l quddiem biex ikompli jogħla l-livell ta’ l-għixien tagħna lkoll hekk kif numru ta' proġetti jibdew iseħħu  mill-1 ta' Jannar li ġej. 

Ilkoll kemm intom li tinsabu hawn tajtu kontribut kbir sabiex il-qagħda ta’ pajjiżna llum hija waħda daqshekk imtejba; kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll mill-aspett soċjali.  Sabiex il-progress jissokta, jeħtieġ li nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll insaħħu l-kompetizzjoni tas-suq tagħna billi nkunu dejjem aktar produttivi.  Biex nirnexxu, jeħtieġ li nkomplu nsaħħu l-potenzjal li għandu s-suq tax-xogħol ta’ pajjiżna u dan nistgħu nagħmluh biss billi nkomplu naħdmu flimkien. 

Filwaqt li nawgura l-isbaħ ġejjieni għal pajjiżna, nixtieq Milied u sena mill-isbaħ lilkom u lill-familji tagħkom. 

Grazzi.    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow