Left arrow Mur Lura

INAWGURATA L-FEMALE WARD 1 F’MONTE CARMELI

PR1746
Date Icon 19/12/2006

L-ambjent fejn jgħix u jieħu kura l-pazjent b’mard mentali, ħafna drabi jiddetermina l-livell tas-suċċess tal-kura li tingħata. Għalhekk l-amministrazzjoni ta’ l-isptar Monte Carmeli dejjem tistinka biex itejjeb l-ambjent fiżiku ta’ l-isptar għax dan hu ta’ benefiċċju kbir għall-pazjenti.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor. Louis Deguara, meta kien qiegħed jinawgura s-sala tan-nisa numru.1, li matul dawn l-aħħar xhur kienet rinovata u nbidlet għal waħda sabiħa u moderna biex fiha tingħata kura akuta lill-pazjenti b’challenging behaviour. Din is-sala tikkumplimenta l-Mixed Admission Ward.

L-immodernizzar ambjentali kontinwu ta’ l-isptar Monte Carmeli jiġi wkoll kumplimentat b’inizjattivi biex ikollna ħaddiema aktar imħarrġa u professjonali. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar infermiera qegħdin jagħżlu li jispeċjalizzaw fil-kura mentali.  In-Nursing Management ta’ Monte Carmeli ħa diversi inizjattivi biex l-infermiera jkunu aktar imħarrġa professjonalment fil-Mental Health Nursing.  

Preżentement għandna numru konsiderevoli ta’ infermiera li qed isegwu degree course fis-saħħa mentali u oħrajn conversion course biex javanzaw mit-tieni għall-ewwel livell.  Matul is-sena numru ta’ infermiera jingħataw l-opportunità li jattendu Continious Professinal Development Courses.

L-infermiera llum fehmu li biex ikunu effettivi fit-twettiq ta’ ħidmithom iridu jibqgħu aġġornati fuq l-aħħar żviluppi fil-kura li tingħata.  Min-naħa tiegħu l-gvern joffri opportunitajiet biex dan isir fosthom lil dawk l-infermiera li jaħdmu fil-qasam tal-kura mentali.  

F’dawn l-aħħar snin dan is-settur ra bidliet kbar bl-introduzzjoni ta’ kura fil-komunità.  Għalkemm il-bidu hu dejjem diffiċli jidher li qegħdin jinkisbu r-riżultati mixtieqa grazzi għall-impenn u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema kollha, professjonisti, infermiera, paramediċi u kategoriji oħra li jipprovdu s-servizz fil-komunità.

L-ippjanar tax-xogħol kollu sar b’koperazzjoni sħiħa bejn il-management ta’ l-isptar, il-konsulenti u anke l-ħaddiema li jaħdmu f’din is-sala.  Intuża dan  il-proċess ta’ ippjanar għax ħadd daqs l-istess ħaddiema ma jaf il-bżonnijiet kemm ta’ l-istess ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti.

Fir-refurbishment intensiv li sar, ingħatat attenzjoni speċjali fuq l-ambjent, u t-tqassim tas-sala b’aktar faċilitajiet bħal kmamar għat-terapija, ward-rounds u viżitaturi.

Ix-xogħol ta’ modernizzar li sar f’din is-sala ġie jiswa madwar Lm110,000 li ġew mgħotija mill-Welfare Committee.  Ix-xogħol sar minn kuntratturi privati u mill-impjegati ta’ Monte Carmeli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow