Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT IŻUR IL-JOINT RESEARCH CENTRE TA’ L-UNJONI EWROPEA

PR1738
Date Icon 18/12/2006

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għamel żjara fil-Joint Research Centre (JRC) ta’ l-Unjoni Ewropea li jinsab f’Ispra, viċin Milan.  Din iż-żjara saret fuq stedina tat-tmexxija taċ-Ċentru u matulha l-Ministru George Pullicino seta’ jara mill-qrib parti kbira mill-ħidma li jwettaq dan iċ-Ċentru.  

Il-Ministru Pullicino, li kien akkumpanjat mid-Direttur tal-Policies u Inizjattivi Ambjentali Chris Ciantar, intlaqa’ mad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Roland Schenkel.   Il-JRC twaqqaf biex jipprovdi appoġġ lill-Kummissjoni Ewropea l-aktar fl-oqsma ta’ pariri xjentifiċi u tekniċi għat-tfassil ta’ policies.  Iċ-Ċentru huwa indipendenti minn kull interess privat jew nazzjonali. 

Iċ-Ċentru għandu budget annwali li jlaħħaq it-€300 miljun li huma ġejjin mill-budget tar-riċerka tal-Kummissjoni Ewropea u minn dħul ieħor li jiġġenera ċ-Ċentru. 

Matul iż-żjara l-Ministru Pullicino ngħata dettalji dwar il-ħidma taċ-Ċentru f’oqsma bħalma huma l-GMOs, il-moviment suspettuż ta’ vapuri u containers, is-sorveljanza u l-infurzar f’każijiet ta’ tniġġiż u x-xogħol relatat mas-settur tas-sajd.  Oqsma oħra li fuqhom jaħdem iċ-Ċentru u li kienu ppreżentati lill-Ministru Pullicino kienu l-identifikazzjoni elettronika ta’ annimali, il-ħidma relatata ma’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-tniġġiż ta’ l-arja fil-Mediterran, l-ambjent sostenibbli fil-Mediterran u l-immaniġġjar ta’ l-iskart. 

Il-Ministru Pullicino ddiskuta oqsma fejn iċ-Ċentru jista’ jkun ta’ għajnuna għal Malta fosthom fis-settur ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ annimali kif ukoll f’setturi importanti bħalma hu t-tniġġiż fil-Mediterran.  Is-settur tas-sajd ukoll kien enfasizzat bħala qasam importanti fejn iċ-Ċentru u Malta jistgħu jaħdmu mill-qrib. 

Il-Ministru Pullicino esprima l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi mwettaq miċ-Ċentru u awgura li pajjiżna jkun jagħraf jisfrutta dejjem aħjar ir-riżorsi u l-esperti taċ-Ċentru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow