Left arrow Mur Lura

ID-DIRETTIVA SEA U T-TIBDIL FIŻ-ŻONI TA’ L-IŻVILUPP

PR1737
Date Icon 18/12/2006

Fid-dawl ta’ l-allegazzjonijiet infondati ta’ l-Alternattiva Demokratika, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent isostni li l-approvazzjoni tal-Pjani Lokali, li kienu jinkludu t-tibdil fiż-żoni ta’ l-iżvilupp mill-Parlament, saret skond id-Direttiva SEA ta’ l-Unjoni Ewropea u t-traspożizzjoni tagħha fil-Liġijiet ta’ Malta. 

L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, responsabbli mit-tfassil tal-Pjani Lokali, issottomettiet l-Abbozz tal-Pjani Lokali lis-SEA Audit Team, li huwa indipendenti, biex tistabbilixxi jekk dawn il-pjani kienux jeħtieġu SEA.  

Wara li vverifika l-informazzjoni u l-komunikazzjoni uffiċjali kollha dwar is-suġġett, kif ukoll id-Direttiva ta’ l-UE u r-regolamenti lokali, is-SEA Audit Team qal li l-approvazzjoni tal-Pjani Lokali mill-Parlament kienet qed issir fil-perjodu ta’ tranżizzjoni fejn id-Direttiva teżenta l-Istati Membri milli jissottomettu għal SEA pjanijiet u programmi li nbdew qabel il-21 ta’ Lulju ta’ l-2004 u sottomessi għall-approvazzjoni tal-Parlament fi żmien 24 xahar minn din id-data.  

Barra minn hekk, is-SEA Audit Team ikkomunika wkoll li minħabba l-istadju avvanzat li fih kien wasal il-proċess, li kien ilu għaddej is-snin, u skond il-provvedimenti tad-Direttiva, ma ħassx li kien viabbli li jsir strategic environment assessment meta l-fażi strateġika tal-proċess kienet diġà lesta. 

Dan kollu jixhed li l-approvazzjoni tal-Pjani Lokali, li kienu jinkludu l-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni, fuq il-parir tas-SEA Audit Team, saret skond id-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Liġijiet ta’ Malta. 

Ta’ min jinnota li jekk wieħed iqabbel l-art li kien hemm fil-konfini ta’ l-iżvilupp fl-1987 ma’ dak li hemm illum, wara l-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni, isib li llum hemm 5% inqas art fil-konfini għall-iżvilupp. Apparti minn hekk, jekk wieħed ma jikkunsidrax it-tnaqqis li kien hemm fl-1989, l-art għall-iżvilupp żdiedet b’medja ta’ 0.8% kull għaxar snin. Skond rapport imħejji mill-European Environment Agency il-medja fl-Ewropa hija ta’ 5% kull 10 snin. 

Dwar iż-żona magħrufa bhala Tal-Papa f’Birżebbuġa, l-Ministeru jtenni li ż-żona kienet proposta għall-inklużjoni fil-konfini ta’ l-iżvilupp fil-Pjan Lokali tal-Bajja ta’ Marsaxlokk, liema pjan kien ġie approvat mill-Gvern qabel l-1996. Għaldaqstant il-pass ta' issa kien biss formalita' kif mitlub mill-liġi ta' pajjiżna.  Ta' min jgħid ukoll li l-art msemmija hija propjeta' ta’ l-istat u għaldaqstant żgur mhuwiex każ ta' spekulazzjoni biex ikun hemm xi gwadann elettorali kif allegat l-AD. Ta' min jgħid li n-nies tekniċi dejjem sostnew li din l-art mhijiex art saqwi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow