PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA 2006
Din is-sena l-Premju Ħaddiem tas-Sena 2006 se jingħata waqt serata li se tittella’ l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru fis-sala Robert Samut, il-Furjana. Għal dan il-premju ġew nominati sbatax-il persuna li ġejjin minn oqsma differenti tas-settur pubbliku u privat.
Is-serata ta’ l-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena se tkun taħt il-patruċinju tal-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, u se jattendi wkoll il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Dr Louis Galea. Is-serata tikkonsisti fi spettaklu awdjo-viżiv mibni madwar il-ħaddiema nominati għall-premju. Se jkun hemm ukoll mużika mill-Versatile Brass Band immexxija minn Maestro Paul Borg.
Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, is-Sinj. Natasha Farrugia se tattendi wkoll biex tgħaddi t-trofew lir-rebbieħ ta’ din is-sena.
Il-qofol tas-serata jintlaħaq bit-tħabbir ta’ min se jkun il-Ħaddiem tas-Sena 2006 mis-Sur Anthony Tabone, Chairman tal-Kumitat ta’ l-Għażla. Din is-serata se tintwera live fuq Eduaction 22 fis-7pm.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958