Left arrow Go Back

PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA 2006

PR1736
Date Icon 18/12/2006

Din is-sena l-Premju Ħaddiem tas-Sena 2006 se jingħata waqt serata li se tittella’ l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru fis-sala Robert Samut, il-Furjana. Għal dan il-premju ġew nominati sbatax-il persuna li ġejjin minn oqsma differenti tas-settur pubbliku u privat.   

Is-serata ta’ l-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena se tkun taħt il-patruċinju tal-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, u se jattendi wkoll il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Dr Louis Galea.  Is-serata tikkonsisti fi spettaklu awdjo-viżiv mibni madwar il-ħaddiema nominati għall-premju. Se jkun hemm ukoll mużika mill-Versatile Brass Band immexxija minn Maestro Paul Borg.  

Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, is-Sinj. Natasha Farrugia se tattendi wkoll biex tgħaddi t-trofew lir-rebbieħ ta’ din is-sena.  

Il-qofol tas-serata jintlaħaq bit-tħabbir ta’ min se jkun il-Ħaddiem tas-Sena 2006 mis-Sur Anthony Tabone, Chairman tal-Kumitat ta’ l-Għażla. Din is-serata se tintwera live fuq Eduaction 22 fis-7pm. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow