Left arrow Mur Lura

MATERJAL EDUKATTIV DWAR L-AMBJENT NATURALI

PR1729
Date Icon 15/12/2006

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ippubblikat serje ta’ posters li jiddeskrivu aspetti ta’ l-ambjent naturali u kalendarju għas-sena 2007 bi speċi endemiċi Maltin.  Ix-xogħol fuq il-posters jagħmel parti mill-proġett Parks Network li hu ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.  Parti mill-finanzjament tal-kalendarju ġie mill-Fond tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti. 

Waqt attività fejn ġie mniedi dan il-materjal edukattiv, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal: “Il-kwalità ta’ ħajjitna tiddependi fuq kemm hu b’saħħtu l-ambjent li ngħixu fih, għalhekk hu d-dmir tagħna li nħarsuh għall-ġenerazzjoni preżenti u dawk tal-futur.”  

“Inħossu”, qal il-Ministru Pullicino, “li l-edukazzjoni ambjentali hija kruċjali sabiex niġġeneraw għarfien u apprezzament ambjentali fost it-tfal u l-adulti biex jifhmu li l-ħarsien ta’ l-ambjent mhux għażla imma responsabbiltà għal benefiċċju ta’ kulħadd.” 

L-użu tal-Malti u l-Ingliż fil-posters tejjeb l-iskop tal-materjal edukattiv.  Ingħatat attenzjoni partikolari sabiex l-ismijiet jidhru bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Latin biex l-istudenti jkollhom l-opportunità jagħmlu r-riċerka fil-livell li jinsabu fih.  Ir-ritratti juru biċ-ċar il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull speċi. 

Il-Kalendarju 2007 huwa estenzjoni ta’ dawn il-posters.  Kull xahar juri speċi partikolari b’paragrafu ta’ informazzjoni.  “Il-Ministeru tal-Finanzi, permezz tal-Fond tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti qiegħed jiffinanzja l-pubblikazzjoni ta’ dan il-kalendarju bl-iskop li jippromwovi l-edukazzjoni ambjentali,” qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech. “Il-fond mhux qiegħed hemm biex jgħin organizzazzjonijiet jew attivitajiet soċjali, sportivi jew kulturali biss iżda wkoll attivitajiet edukattivi bħal dawn.” 

Kull student fis-sitt sena f’kull skola primarja ser jingħata kalendarju mill-fond tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti.  Il-MEPA qiegħda tagħti 100 kalendarju lil kull kunsill lokali biex jitqassmu fil-lokalità tagħhom.  B’dan il-mod hu maħsub li l-informazzjoni f’dawn il-kalendarji tilħaq udjenza wiesgħa u tkabbar l-għarfien ambjentali dwar is-sbuħija naturali tal-ħabitat Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow