Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. FRANCIS AGIUS, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD DWAR PROGRAMM TA’ L-UNJONI EWROPEA BL-ISEM ‘LEADER’ WAQT IL-‘GOOD PRACTICES’ SEMINAR – SAN ĠILJAN – 15.12.2006

PR1727
Date Icon 15/12/2006

Onor Ministru 

Onor Segretarju Parlamentari

Dott Joanna Drake

Sinjuri Sindki                       

Leader huwa kunċett totalment ġdid għal Malta.  Mit-twaqqif tiegħu fl-1991 fl-Unjoni Ewropea, l-inizjattiva Leader ġiet rikonoxxuta bħala mezz innovativ biex l-istakeholders lokali jkollhom mezz biex jipparteċipaw fl-iżvilupp rurali bi skop imsejjaħ bottom-up approach li jiddependi ħafna mill-parteċipazzjoni ta’ kulħadd.   

Fil-Membri Stati qodma, Leader qiegħed fit-tielet ġenerazzjoni tiegħu għax dawn l-Istati Membri qodma kellhom l-opportunità biex igawdu mill-Leader I, Leader II u Leader +, li servew għall-iffurmar tal-għaqdiet, għat-taħriġ tagħhom u konsegwentament għal parteċipazzjoni f’miżuri għal żvilupp rurali b'applikazzjoni ta’ proġetti speċifiċi.   

Sfortunatament, Malta ma pparteċipatx fil-programm SAPARD (Special Accession Programme for Agriculture and Rural Development) għax dan kien ġie approvat fil-perjodu li l-applikazzjoni ta' Malta kienet ġiet iffriżata mill-Gvern ta’ dakinhar, u għalhekk ma ġewx allokati fondi biex jitfasslu miżuri bi skop tal-Leader u matul il-programm ta' Żvilupp Rurali (2004-2006) attwali ma stajniex nibbenifikaw minn dan il-Programm. 

Madankollu, id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali bħalissa għaddej bil-preparamenti neċessarji biex il-programm Leader jiġi mniedi flimkien mal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali (2007-2013).  Il-qofol ta’ kollox ser tkun il-formazzjoni ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali, u dan hekk biss; skond ir-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali,  li huwa l-Managing Authority għall-implimentazzjoni tal-programm. 

L-iskop tal-Programm Leader jintlaħaq bit-tfassil ta’ seba' punti mportanti li huma:

      ·        Formazzjoni ta’ Local Action Group

·        Ippjanar ta’ Strateġija Reġjonali għat-territorju

·        L-applikazzjoni ta’ Bottom-up Approach

·        Integrazzjoni bejn il-Gruppi

·        Networking bejn il-gruppi

·        Innovazzjoni

·        Kooperazzjoni għat-twettiq ta’ proġetti skond l-iStrateġija.

Sabiex il-Leader jiġi mplimentat, hemm bżonn li jitwaqqfu Gruppi hekk magħrufa bħala Local Action Groups jew ‘Gruppi ta’ Azzjoni Lokali’, bl-iskop li jkunu rappreżentattivi tar-reġjun tagħhom u li jkollhom pjan strateġiku għar-reġjun li jikkonforma kemm ma’ l-istrateġja rurali u kif ukoll ma' dik nazzjonali bil-għan ukoll li jitwettaq ix-xogħol biex itejbu l-kundizzjoni tat-territorju.  

Dan il-Grupp irid ikun jikkonsisti minn rapreżentanti ta’ organizazzjonijiet u entitajiet varji kemm mis-settur Pubbliku, Kunsilli Lokali u entitajiet Governativi, kif ukoll dawk Privati, bħal għaqdiet tal-bdiewa, żgħażagħ, nisa u NGOs oħrajn li jixtiequ jieħdu sehem.   Dawn għandhom jagħżlu territorju wieħed magħqud b’numru ta’ abitanti mhux inqas minn 5,000 u mhux aktar minn 150,000.  Dan il-Grupp ser ikun fid-dover li jara t-tfassil ta' strateġija għat-territorju li tikkonforma ma' l-istrateġija Rurali u Nazzjonali, u mbagħad,  permezz ta’ miżuri u azzjonijiet mill-fondi ta' Żvilupp Rurali u oħrajn, din tiġi mplimentata.  

Hu maħsub li f’pajjiżna se jkollna massimu ta’ 3 Local Action Groups.  Ser jkun hemm massimu ta’ tnejn f’Malta u wieħed f’Għawdex.  Dawn il-Gruppi jistgħu jibbenefikaw mill-fondi biss wara li jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali fuq proċeduri  kummisjonati mill-Unjoni Ewropea. 

Bl-għajnuna tal-Bottom-up Approach il-Programm Leader għandu jilħaq l-għan tiegħu billi jħalli parteċipazzjoni wiesgħa lin-nies li jgħixu fit-territorju.  Il-parteċipanti huma obbligati jiddentifikaw u jfasslu soluzzjoni għall-problemi li għandhom fit-territorju u b’hekk ikollhom mezz aħjar biex itejbu l-ambjent rurali.  Ovvjament, dan kollu għandu jitniżżel fl-imsemmija strateġija lokali.  Il-fondi taħt dan il-programm m’humiex biex jiġu realizzati proġetti kbar, imma proġetti utili li permezz tagħhom titjieb il-qagħda tat-territorju billi jiġu ndirizzati aħjar il-problemi li l-parteċipanti jkunu qablu dwarhom.  

Barra minn dan, il-Leader hu strument li jgħin sabiex jitwettqu proġetti ta’ kooperazzjoni kemm bejn gruppi lokali kif ukoll bejn gruppi internazzjonali kemm Ewropej u mhumiex.  

Id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali bħalissa għaddej b’kampanja informattiva dwar dan il-programm. Uffiċjali minn dan id-Dipatiment qegħdin jiltaqgħu ma' rappreżentati ta’ entitajiet pubblici kif ukoll privati bl-iskop li jxerrdu nformazjoni dwar Leader.  Dawn l-entitajiet se jiġu mħeġġa biex jingħaqdu u jibdew jiffurmaw dawn il-Gruppi f’pajjiżna u nittamaw li bil-parteċipazzjoni tagħkom din ser tkun ta’ suċċess.  Grazzi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow