Left arrow Mur Lura

KONTRIBUZZJONI LEJN IT-TIXRID TA’ L-ISTORJA TA’ PAJJIŻNA

PR1725
Date Icon 14/12/2006

Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti għadha kif ippubblikat is-seba’ volum fis-serje “Histories of Malta – Closures and Disclosures” ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello.

Dan il-volum jiġbor fih 15-il kitba li jinkludu “La Monaca di Malta - Murder in a Hospitallier Monastery”; “A brief history of window-glass in Malta”; “Governors of Malta in the 16th Century”; “Some rare examples of women knights in Malta”; “Theatre in Malta before the ‘Manoel’”; “Dancing, Fireworks, Allegrezze, music”; “Minor Gozo in the early records”; “Sir George Courthop – the second English writer about Malta”; “A mysterious Mary Magdalen is St John’s”; “Usurping the Maltese-Eight-Pointed Cross in Novara: a 1651 incident”; “The first guild of artists in Malta, 1671”; “POWs in Malta during World War One”; “Artists who painted Maltese postcards 1898-1945”; “George Borg Olivier, 25 years on”; “Crucifixus, the Supremacy of infamy”. Tnax minn dawn il-kapitoli dehru f’ġurnali lokali u ġew maħduma mill-ġdid u miżjuda qabel ma nġabru fi ktieb.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech  nieda dan il-ktieb waqt preżentazzjoni li saret f’Le Meridien Phoenicia, l-Furjana.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li r-riċerka li għamel tul iż-żmien l-Imħallef Giovanni Bonello u li ġabar f’pubblikazzjoni bħal din, kienet żieda mportanti mhux biss għal dawk kollha li jiġbru l-Melitensia, iżda anke għal dawk li għandhom għal qalbhom l-istorja ta’ pajjiżna mid-diversi aspetti tagħha.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li Malta għandha storja twila li tmur lura eluf ta’ snin. Hu qal li jirriżulta li l-istorja ta’ dawn l-aħħar ftit aktar minn  400 sena, jiġifieri minn mindu ġew fostna l-Kavallieri ta’ San Ġwann, tul il-ħakma qasira Franċiża u u l-160 sena ta’ l-era Ingliża f’Malta, kienu snin intensi li ħallew impatt qawwi mhux biss fuq l-istorja ta’ pajjiżna, iżda anke fuq il-mod kif ngħixu, il-bini residenzjali, il-knejjes, palazzi u fortifikazzjonijiet.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Giovanni Bonello bl-istil mexxej tiegħu irnexxielu jressaq l-istorja lejn  il-poplu, irnexxielu jagħmel lill-poplu aktar konxju minn dak li għadda minnu pajjiżna u missierijietna tul iż-żminijiet.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-istorja u l-kultura kienu wkoll mezz ewlieni biex nattiraw lejn pajjiżna turisti li għalihom din in-niċċa hi attrazzjoni ewlenija. Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil Giovanni Bonello għal din l-aħħar pubblikazzjoni f’sensiela ta’ pubblikazzjonijiet li mhux biss jagħmlu unur lilu, iżda anke lil pajjiżna. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow