Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI, WAQT IT-TNEDIJA TA’ PJAN KOORDINAT MINN DIVERSI ENTITAJIET GOVERNATTIVI BIL-GHAN LI JIĠU MGĦEJJUNA AZJENDI ZGĦAR U TA’ DAQS MEDJU - FURJANA – 14.12.2006

PR1724
Date Icon 14/12/2006

Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni huwa l-leħen tan-negozju għaliex huwa dak li jaħdem fil-qrib magħhom fit-twettiq tal-politika tiegħu. Illum qegħdin inniedu pjan ta’ sinerġija flimkien mal-Malta Enterprise, il-Bord tal-Koperattivi, id-Diviżjoni tal-Kummerċ u l-Kulleġġ Malti għall-Artiġġjanat, filwaqt li qed naħdmu fil-qrib mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u mal-Ministeru għall-Investiment, Industrija  u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni.  

Dan kollu qed isir bil-għan li l-Gvern ikun iktar effiċjenti fis-servizzi tiegħu lejn in-negozji kollha ta’ kull settur, fl-isfond ta’ l-obbligi tagħna fi ħdan il-Pjan Nazzjonali ta’ Riforma u l-Aġenda ta’ Lisbona, li jinkludu fost l-oħrajn ħarsa mill-qrib lejn il-liġijiet, bl-iskop li jkollna simplifikazzjoni tal-burokrazija. Għalhekk, il-ħidma flimkien mal-Better Regulation Unit u l-għaqdiet kollha li jirrappreżentaw is-setturi differenti tan-negozji hija prijorita’. Il-memorandum of understanding ma’ l-Assoċjazzjonijiet ewlenin tan-negozju u l-industrija huwa maħsub speċifikament biex iwassal għat-tfassil ta’ ħidma aħjar f’dan ir-rigward. 

Irridu nibqgħu noffru l-għajnuna tas-Segretarjat u tal-Ministeru, lid-Dipartimenti u l-Awtoritajiet f’eżerċizzju ta’ komunikazzjoni ma’ setturi differenti ta’ l-attivitajiet kummerċjali. F’dan ir-rigward, dan l-eżerċizzju irid ikun prijorita’ fl-iżvilupp tal-komunikazzjoni. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu biex iwassal għal tnaqqis ta’ burokrazija, u dan jista’ jseħħ jekk tiżdied u tkun iktar effettiva l-komunikazzjoni bejn min jirregola l-liġijiet u min ser ikun irregolat.  

Mill-ħidma li diġa’ laħqet livell għoli ta’ sinerġija, issa trid tkun żviluppata ħidma aktar intensiva kemm mal-Malta Enterprise kif ukoll mal-Bord tal-Koperattivi, u dan biex tingħata aktar attenzjoni mixtieqa lil dawk kollha li huma negozji żgħar li huma midħla tal-koperattivi.  

Din il-ħidma hija ukoll parti mill-proċess ta’ riforma li l-Gvern qed jagħmel fl-istrutturi tiegħu sabiex ikun miftuħ għan-negozju u l-kummerċ. Għaldaqstant, kif semmejt diġa’, dan hu konformi ukoll ma’ dak li jgħid il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma li qegħdin inwettqu u li għandhom jgħinuna nilħqu l-objettivi ta’ l-Aġenda ta’ Lisbona, bl-għan aħħari jkun li l-Gvern ikun f’sintonija mal-bżonnijiet li għandhom jew jista’ jkollhom in-negozji ta’ kull settur.  

Minbarra dik tal-Better Regulation, fost miżuri oħra favur in-negozju li huma msemmija fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u kienu mħabbra ukoll fil-Budget 2007 hemm fost oħrajn: ir-riforma fit-taxxi u li tipprovdi aktar incentivi għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku, partikolarment minn naħa ta’ l-intrapriżi ż-żgħar; it-Tax credits lill-kumpaniji li jwaqqfu servizzi ta’ backoffice, ri-investiment mill-SMEs, e-business u dawk li jħallsu għall-istudji ta’ l-impjegati tagħhom u għall-iżvilupp ta’ riċerka u t-teknoloġija; kif ukoll miżuri biex dawk li jaħdmu fin-negozju tal-familja jirreġistraw ruħhom bħala impjegati ta’ l-istess negozju għal skop ta’ taxxa. 

Wara sena li ilna nħaddmu dan il-programm nistgħu ngħidu li mill-kliem issa għaddejna għall-fatti. Dan jixhduħ il-miżuri msemmija fil-programm li raw it-twettieq tagħhom fl-aħħar żewġ budgets, kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li għadu kif ġie ppublikat u li jagħti opinjoni pożittiva fuq il-progress li għamlet Malta s’issa sabiex issir ekonomikament iktar kompetittiva’. Dan kollu ma jistax ma jissarrafx f’iktar prosperita’ u negozju.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow