Left arrow Mur Lura

RISTRUTTURAR FL-ENTITAJIET GOVERNATTIVI SABIEX JIĠI OFFRUT SERVIZZ AKTAR EFFIĊENTI LEJN IS-SELF EMPLOYED U S-SIDIEN TAN-NEGOZJI ŻGĦAR F’PAJJIŻNA

PR1723
Date Icon 14/12/2006

“Irridu nassiguraw li kull entita’ fl-istrutturi tal-Gvern tkun taf x'inhu mitlub minnha u tkun konxja ta' dak li qed jagħmel ħaddiehor.  Dan sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol u b’hekk titnaqqas ukoll il-burokrazija.”  Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo waqt preżentazzjoni ta’ dawk l-entitajiet u d-dipartimenti li għandhom bħala r-rwol ewlieni tagħhom li jiffaċilitaw ix-xogħol għan-negozji żgħar u s-self employed. 

“Sar eżerċizzju ta’ ristrutturar li permezz tiegħu l-iSmall Enterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise, id-Diviżjoni għall-Kummerċ, il-Malta Crafts Council u l-Bord tal-Koperattivi, identifikaw il-klijenti partikolari tagħhom biex b’hekk, min imur għand dawn l-entitajiet, jiġi ggwidat u mgħejjun skond il-bżonnijiet partikolari tiegħu.  Fil-fatt, fil-preżentazzjoni tal-lum, ingħataw dettalji tas-setturi speċifiċi li tittratta kull entita’, u ġie spjegat għand min trid tmur persuna biex tinqeda, skond x’għandha bżonn.  B’dan il-mod, dawk il-persuni li jaħdmu fid-dipartimenti differenti jkunu familjari mar-rwol ta’ kull dipartiment biex b’hekk ikunu jistgħu jaqdu lill-klijenti tagħhom bl-aktar mod effiċjenti.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, qed jgħin biex tiġi kkordinata l-ħidma ta’ l-erba’ entitajiet, iżomm kuntatt kontinwu ma’ numru sostanzjali ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet tan-negozju.  Flimkien ma’ dawn, is-Segretarjat Parlamentari jżomm kuntatt dirett ukoll ma’ l-għaqdiet kostitwiti, bħalma huma l-GRTU, l-MHRA, l-FOI, il-Malta Chamber of Commerce and Enterprise, il-MIM, u l-MEA. Huwa spjega kif permezz ta’ din ir-riorganizzazzjni, il-Gvern ser ikun qiegħed jilħaq lis-self employed u n-negozji żgħar kollha f’pajjiżna, fosthom kaħħala, bajjada, bejjiegħa tal-għamara, bejjiegħa tal-laħam, ħaddieda, panel beaters, mechanics, bejjiegħa tal-monti, artiġjana, bejjiegħa tal-karozzi, professjonisti li jaħdmu għal rashom, printers, bejjiegħa ta’ bejgħ bl-imnut, tour leaders u tour guides. Dawn huma kollha negozji li mhux soltu jkunu rappreżentati f’pajjiżna.   

Ghaldaqstant :

·       l-iSmall Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise ser tkun qegħda b’mod tipprovdi għajnuniet lil negozji nnovattivi u negozji li ser jiftħu ġodda kemm jekk huma fil-qasam tal-manifattura kif ukoll dawk li m’humiex.

·       Id-Diviżjoni għal Kummerċ ser tibqa toffri servizzi ta’ informazzjoni u ‘mentoring’ għal negozji eżistenti u dawk ġodda, servizzi għal min jixtieq jirreġistra l-Propjeta Intelletwali tiegħu,  u għal min jixtieq jirreġistra għal liċenza tan-negozju.

·       Il-Bord tal-Kooperattivi ser ikun qed jikkoordina x-xogħol kollu li għandu x’jaqsam ma’ twaqqif u amminisrazzjoni ta’ kooperattivi tan-negozju.

·       Il-Kunsill Malti għal Artiġjanat ser jaħdem sabiex artiġjana jkunu magħrufa u l-opportunitajiet jiġu provduti lilhom bl-aħjar mod. 

L-Onor. Vassallo kompla billi qal li “irridu naqtgħu ċ-ċirkostanzi ta' fejn ikun hemm superviżuri ta' entitajiet governattivi differenti li jmorru għand l-istess negozji għall-istess affarijiet.  Aħna qegħdin norganizzaw aħjar il-ħidma ta’ dawn l-entitajiet sabiex il-ħidma tas-settur kummerċjali tagħna tkun faċilitata.  Dan juri kemm il-Gvern huwa miftuħ għan-negozju, għax qed inaqqas il-burokrazija u jrid li d-dipartimenti tiegħu ikunu aktar business friendly. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo rrefera għall-Pjan ta’ Ħidma ppublikat mis-Segretarjat u qal li “dan hu eżempju ċar ta’ kif il-Programm ta’ Ħidma 2006/2007 ‘Miftuħa għan-Negozju’ qiegħed jiġi mplimentat.  B’dan il-mod il-Gvern irid jibqa’ viċin is-self employed u n-negozji żgħar.” 

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li “meta nitkellmu fuq in-negozji ż-żgħar, f’Malta fil-fatt inkunu qegħdin nirreferu għall-mikro intrapriżi, li huma dawk l-intraprizi li jħaddmu inqas minn 10 persuni.  F’Malta, dawn in-negozji jammontaw għal 96% minn negozji kollha.  Dawn in-Negozji bejniethom iħaddmu aktar minn 44,000 persuna u huma għalhekk il-mutur ta’ l-ekonomija tagħna.  Meta wieħed jara dawn il-figuri jifhem biċ-ċar kif il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex jieħu ħsieb dawn il-mikro intrapriżi, u qiegħed jaħdem biex inaqqas kull burokrażija żejda u b’hekk ikompli jiffaċilita n-negozju.” 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow