Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

PR1720
Date Icon 14/12/2006

Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi llum ħalla Malta għal Brussell fejn se jipparteċipa fil-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.  

It-tkabbir ta’ l-Unjoni, il-ħelsien, sigurtà u ġustizzja, l-innovazzjoni u l-enerġija, kif ukoll ir-Relazzjonijiet Esterni huma l-oqsma li l-Kunsill huwa mistenni jindirizza waqt din il-laqgħa mmexxija mill-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Edgar Galea Curmi, ir-Rappreżentant tal-Kumitat għall-Politika u s-Sigurtà l-Ambaxxatur Tarcisio Zammit, il-Viċi Rappreżentant Permanenti għar-Repreżentazzjoni Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea Theresa Cutajar, id-Direttur għall-Politika fid-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea John Inguanez, kif ukoll is-Segretarja għall-Komunikazzjoni u l-iStampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Josephine Vassallo. 

Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow