Left arrow Go Back

IL-PASSIĠĠIERI FL-AJRUPORT IKOMPLU JIŻDIEDU F’DIĊEMBRU

PR1719
Date Icon 13/12/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis  Zammit Dimech, meta inawgura dwal dekorattivi f’Paceville, qal li din il-lokalita’ kienet waħda mill-aktar siti turistiċi importanti  li kienet tiddependi ħafna minn kif imur is-settur turistiku f’pajjiżna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li wieħed kien għad irid jara x’effett verament kellha l-introduzzjoni tal-linja ‘low cost’ Ryanair fuq pajjiżna. Hu qal li seta’ jgħid żgur hu li f’Novembru l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kellu żieda ta’ 5.2 fil-mija fin-numru ta’ passiġġieri li ħallew pajjiżna li telgħu għal 87,586. Hu qal li Ryanair ġab Malta  5,502 passiġġier minn Luton fir-Renju Unit u Pisa fl-Italja. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li  x-xejra pożittiva ta’ Novembru jidher li qed tissokta f’Diċembru.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li żieda fin-numru ta’ titjiriet, akkumpanjata minn żieda fin-numru ta’ passiġġieri tikkonferma dak li kien ilu ħafna jingħad li n-nuqqas fin-numru ta’ turisti lejn pajjiżna kien prinċipalment ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ titjiriet. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li t-tiżjin tat-toroq bi dwal dekorattivi kien ikabbar l-ispirtu tal-jiem sbieħ tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Hu qal li f’dawn l-aħħar snin in-numru ta’ toroq li qed ikunu mżejna bid-dwal kiber u dan kien juru l-importanza li l-komunita’ kummerċjali kienet tagħti għat-tiżjin f’pajjiżna biex tkabbar in-negozju.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li minbarra t-tiżjin bi dwal dekorattivi kibru d-drawwiet tal-presepju u tas-siġra tal-Milied. Hu fakkar li dawn id-drawwiet ingħataw spinta bil-kompetizzjonijiet għall-isbaħ presepji, u l-isbaħ toroq imżejjna,  li torganizza t-Taqsima Folklor fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Hu qal li dawn it-tradizzjonijiet kienu ukoll ikabbru l-arja ta’ festa ta’ dawn il-ġranet. Hu qal li l-presepju kien ifakkar ukoll it-twelid ta’ Gesù Kristu li għalina l-Insara jfisser il-bidu tal-Kristjanita’. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura awgura lis-sidien kollha tan-negozji f’Paceville Milied ta’ risq u hena … u aktar negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow