Left arrow Go Back

ĊENTRU LI SER JGĦIN BIEX AKTAR KONFERENZI JSIRU F’MALTA

PR1714
Date Icon 12/12/2006

“Is-settur tal-konferenzi u l-inċentivi hu wieħed minn dawk is-‘segments’ li qed jikber u jħalli riżultati mill-aktar pożittivi għas-settur turistiku. Dan is-settur jiddependi ħafna minn lukandi ta’ Ħames Stilel, minn sistema tajba ta’ komunikazzjoni u minn infrastruttura li tagħmel possibbli l-organizazzjoni ta’ dawn il-konferenzi.” 

Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tal-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali. Hu qal li dan iċ-ċentru, li jista’ jakkomoda sa 10,000 persuna bil-qiegħda ser jimla’ vojt li kellna s’issa. Hu qal li f’pajjiżna ma kienx hawn struttura li tieħu f’daqqa eluf ta’ nies bil-qiegħda. Dan iċ-ċentru qed jimla’ dan il-vojt. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Malta Fairs & Convention Centre Limited (MFCC) uriet li hawn opportunitajiet kbar għal strutturi bħal tagħha meta irnexxielha tattira  l-konferenza ta’ Thomas Cook li ser iġġib lejn  pajjiżna 2,000 delegat għal ġimgħa. Hu qal li kieku ma kienx għal dan iċ-ċentru kieku pajjiżna kien jitlef din il-konferenza u magħha dħul qawwi għal pajjiżna. 

Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lill-MFCC li fi ftit żmien tellgħu din l-istruttura u li diġa għandhom ibbukkjati numru ta’ attivitajiet importanti fosthom il-kunċert minn Andrea Bocelli, organizzat mill-kumpannija Renaissance, u li għalih ser ikun hemm  preżenti 7,500 persuna.   

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur tal-konferenzi u l-inċentivi fl-2005 ġibed lejn Malta 63,500 turist li nefqu Lm32.2 miljun. Hu qal li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena n-numru ta’ delegati għal konferenzi kompla żdied. Hu qal li l-iżvilupp pożittiv ta’ dan is-settur kien marbut maż-żieda fin-numru ta’ lukandi ta’ Ħames Stilel peress li tliet kwarti tad-delegati għal dawn il-konferenzi jagħżlu din it-tip ta’ akkomodazzjoni. Hu qal li din  is-sena fetħu żewġ lukandi ta’ Ħames Stilel b’investiment ta’ Lm20 miljun filwaqt li s-sena d-dieħla mistennija jiftħu żewġ lukandi oħra ta’ Ħames Stilel b’investiment ta’ Lm21 miljun u li bejniethom ser iżidu n-numru ta’ sodod b’1,200. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-proġett taċ-Ċentru tal-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali, b’investiment ta’ Lm2 miljun, juri l-fiduċja tas-settur privat fil-qasam turistiku. Hu qal li diġa kellu l-opportunita’ jistqarr li għat-tliet snin li ġejjin is-settur privat kien ser jinvesti ’l fuq minn  Lm80 miljun f’35 proġett għall-bini ta’ lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li ried jifraħ lill-Fairs and Exhibitors Ltd u lil Sign-It Ltd li wettqu dan il-proġett bi sħab bl-iskop li jattiraw konferenzi, kunċerti u attivitajiet oħra ta’ massa li s’issa ma setgħux jittellgħu f’pajjiżna. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-proġett hu ukoll ta’ kontribut lejn ‘prodott Malta’ li qed nagħmlu minn kollox biex intejbu. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow