SEJĦA GĦAL SĦUBIJA F’FORUM B’RISQ IL-FAMILJA
Forum b’Risq il-Familja ser jitwaqqaf mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja biex jirrappreżenta s-soċjetà ċivili f’dan il-qasam.
Fl-2002 kienet saret konferenza għall-intermedjarji soċjali li ġabet flimkien dipartimenti tal-Gvern, entitajiet statali u organizzazzjonijiet mhux statali. Issa wasal iż-żmien li l-preżenza tas-settur mhux governattiv f’dak li għandu x’jaqsam mal-familja tissaħħaħ.
Dan il-Forum ser ikun għal kollox indipendenti mill-Kummissjoni li xogħolha effettivament huwa li taġevola t-twaqqif tal-Forum, toffri xi għajnuna amministrattiva u tipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Forum. L-aġenda u l-ħidma tal-Forum jiġu deċiżi mill-Forum. B’dan il-mod il-leħen ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi jissaħħaħ, u dan ma jistax ma jkunx ta’ ġid għad-dibattitu nazzjonali dwar l-aspetti kollha li jolqtu l-familja.
Għalhekk, il-Kummissjoni qed tagħmel sejħa lill-organizzazzjonijiet kollha non-Governattivi li għandhom x’jaqsmu mal-familja jew joffru servizzi lilha biex jissieħbu fil-Forum b’Risq il-Familja. L-organizzazzjonijiet interessati huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jiktbu lil Forum b’Risq il-Familja, c/o Kummissjoni Nazzjonali Familja, Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, 310, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Min jixtieq jista’ jibgħat email lil Ms Chiara Borg, Segretarja Eżekuttiva tal-Kummissjoni fuq info.knf@gov.mt
Nota lill-Edituri:
DOI 11.12.2006
Nota lill-Edituri:
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958