Left arrow Mur Lura

VANDALIŻMU FUQ INFRASTRUTTURA MEĦTIEĠA GĦAS-SIGURTÀ TAS-SEWWIEQA

PR1706
Date Icon 09/12/2006

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jiddeplora l-aġir ta’ persuni mhux magħrufa li l-lejl li għadda kissru l-flash lights kollha li kien hemm tul Triq Reġjonali fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan.  Dawn id-dwal kienu qed jintużaw għat-treġija tat-traffiku waqt il-proġett tat-tiswija tal-Pont Manwel Dimech, li qed isir b’ko-finanzjament ta’ €6 miljuni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

L-iskema ta’ treġija ta’ traffiku għal waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-karreġġjata li tieħu minn San Ġiljan lejn l-Imsida bdiet titħaddem nhar it-Tnejn li għadda wara li l-vijadott tal-Lvant ingħalaq biex ikun jista’ jibda t-twaqqiegħ tiegħu. Matul dan il-perjodu, il-vijadott tal-Punent inqasam f’żewġ karreġġjati, b’lane waħda f’kull direzzjoni. L-iskema tħaddmet b’suċċess min-nhar it-Tnejn ’l hawn u ftit li xejn kienu rrappurtati problemi. 

Il-flash lights li sfaw il-mira tal-vandali fl-aħħar siegħat kienu imwaħħlin fuq ringiela kontinwa ta’ barrieri tal-konkrit li qed jintużaw biex jisseparaw it-traffiku li jkun għaddej f’direzzjonijiet opposti. Id-dwal għandhom il-funzjoni li jżidu l-viżibilità tal-barrieri sabiex jiġu evitat il-ħbit tal-vetturi magħhom.  

Hija ħassra li f’pajjiżna jeżistu persuni li mhux biss ma tinteressahomx is-sigurtà tagħhom, iżda lesti wkoll jpoġġu f’riskju is-sigurtà ta’ kull min ikun qed juża l-infrastruttura tat-toroq tagħna. 

Intant is-sewwieqa li jkunu għaddejjin min dawn l-inħawi qed jintalbu jsuqu bil-galbu sakemm dawn il-flash lights vandalizzati jinbidlu mill-aktar fis possibbli. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow