IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA TIFRAĦ LILL-MONS. PAUL CREMONA GĦALL-ĦATRA TIEGĦU BĦALA L-ARĊISQOF IL-ĠDID TA’ MALTA
Il-Kummissjoni Nazzjonali Familja laqgħet bil-ferħ l-aħbar li Mons. Paul Cremona nħatar bħala l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta.
Il-ħidma ta’ Mons. Cremona fil-parroċċi laqqgħetu b’mod regolari mar-realtajiet tal-familji llum u għalhekk għandu sensibilità speċjali għall-isfidi li dawn qed jaffaċċjaw.
Matul l-2007, il-Kummissjoni se tkun għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bil-għan li tissawwar Politika Nazzjonali għall-Famija. F’dan il-proċess il-Knisja Kattolika f’Malta hija naturalment waħda mill-interlokuturi ewlenin.
Il-Kummissjoni tinnota bi pjaċir il-mod kif Mons. Cremona ddeskriva lilu nnifsu bħala bniedem li “jibni l-pontijet”. M’hemmx dubju li din il-kwalità, flimkien ma’ l-umiltà, id-dehen u l-ispiritwalità tiegħu, se jagħnu l-proċess konsultattiv u se jgħinu biex jitqawwa l-proċess tat-tisħiħ tal-valuri tal-familji li tant għandna bżonnu f’pajjiżna.
Filwaqt li l-Kummissjoni tirringrazzja lil Mons. Ġużeppi Mercieca ta’ tletin sena ta’ servizz ġeneruż u dedikat lil pajjiżna, tawgura lil Mons. Paul Cremona l-isbaħ xewqat għal dan l-inkarigu ġdid u impenjattiv, b’risq il-familji u l-komunitajiet kollha f’Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958