Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAR-RIŻORSI U INFRASTRUTTURA JIPPREŻENTA WARRANTS LILL-INĠINIERA

PR1695
Date Icon 07/12/2006

L-Edukazzjoni hi waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern. Fl-aħħar snin l-investiment f’dan il-qasam kien sostanzjali u r-riżultat qed ikun manifest fin-numru kbir ta’ studenti li qed jiggradwaw kull sena.  Is-settur ta’ l-inġinerija llum, aktar minn qatt qabel, qed isir settur importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna minħabba li d-domanda għal dawn il-professjonisti  kulma jmur qed dejjem tikber.

Il-Ministru Ninu Zammit, qal dan meta kien qed iqassam warrants lill-Inġiniera.  In-numru ta’ Inġiniera li kienu qed jingħataw warrant kien ta’ 61, fosthom 7 nisa.  Dawn l-Inġiniera jinkludu 24 fl-inġinerija mekkanika, 35 fl-inġinerija elettrika u 2 fl-inġinerija ta’ l-informatika.  Fl-aħħar erba’ snin in-numru ta’ Inġiniera li ngħataw warrant kien ta’ 203.  Hu ta’ sodisfazzjon li wieħed jara dan l-ammont ta’ professjonisti li jiggradwaw f’qasam hekk importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. 

Il-Perit Ninu Zammit spjega li l-Ministeru, permezz tal-Bord ta’ l-Inġiniera, jassisti lill-Kamra ta’ l-Inġiniera fit-titjib ta’ din il-professjoni.  Fil-fatt wara talba ta’ l-istess Kamra qed isiru diskussjonijiet sabiex l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija tiġi aggornata biex tkun konformi maż-żminijiet ta’ llum.  Dan se jsir peress li llum, il-professjoni ġiet miftuħa aktar u m’għadhiex biss tkopri l-inġinerija mekkanika u dik elettrika kif tgħid il-liġi preżenti.  Għaldaqstant tħejjew l-emendi neċessarji sabiex professjonijiet oħra jiġu nklużi fl-iskeda ta’ għoti tal-warrants.  Dawn l-emendi jidhlu fis-seħħ wara li jittiehdu l-passi kollha neċessarji u wara li l-abbozz jiġi approvat mill-Gvern. 

Filwaqt li awgura lill-Inġiniera preżenti, il-Ministru Zammit tenna l-appell tiegħu lil dawn l-inġiniera li rċevew il-warrant biex issa, bħala rikonoxximent ta’ l-investiment li s-soċjeta’ investit fihom, l-istess professjonisti b’sens ta’ dover għandhom jimpenjaw ruhhom f’ħidma responsabbli f’parametri ta’ etika stabbilita għall-ġid tagħhom u ta’ pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow