Left arrow Mur Lura

RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TA’ L-ONOR ANĠLU FARRUGIA DWAR IX-XOGĦOL TA’ SIGURTA’ FIL-QRATI TAL-ĠUSTIZZJA

PR1692
Date Icon 06/12/2006

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa ta’ l-Onorevoli Anġlu Farrugia, l-Amministrazzjoni tal-Qorti tinforma li x-xogħol ta’ sigurtà fil-Qrati tal-Ġustizzja huwa f’idejn il-kumpanija “Sterling Security Company Limited” li ġiet aġġudikata dan wara sejħa pubblika għall-offerti.

Hija responsabbiltà ta’ din il-kumpannija li tara li l-persuni li jintbagħtu jkollhom il-fedina penali netta u liċenzja tas-sigurtà.  Il-persuna msemmija ħadmet mhux fuq bażi regolari mill-4 ta’ Settembru 2006.  Għalkemm kull persuna li titressaq u tiġi akkużata bi kwalunkwe reat hija preżunta innoċenti, il-kumpannija waqfet tibgħatu fl-24 ta’ Novembru 2006, tnax-il ġurnata qabel tkellem l-Onor. Farrugia.  L-amministrazzjoni tal-Qorti ma kenitx taf b’dan u tirriserva li tieħu l-passi legali opportuni.

DOI  06.12.2006

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow