Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JFAĦĦAR INIZJATTIVI INNOVATTIVI MAĦSUBA MIS-SIDIEN TAL-ĦWIENET TAL-MOSTA FLIMKIEN MAL-GRTU BIEX JIĠĠENERAW AKTAR ATTIVITA’ KUMMERĊJALI

PR1691
Date Icon 06/12/2006

“Permezz ta’ emendi li saru fl-Avviż Legali li jirregola l-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju, sar possibbli li f’ċentri kummerċjali ikunu organizzati attivitajiet maħsuba biex iżommu l-ħwienet mifuħa aktar tard f’attivita’ bħalma kien sar il-Belt Valletta, magħrufa bħala n-Notte Bianca.  Għalkemm organizazzjoni bħalma saret il-Belt, li kienet attivita’  ta’ min ifaħħarha, kienet riżultat ta’ ħidma kumplessa, nixtieq inħeġġeġ lill-GRTU u lis-sidien ta’ ħwienet f’komunitajiet differenti sabiex, jekk ikunu jridu huma, flimkien ma’ għaqdiet tal-volontarjat fl-istess lokalita’, ikunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet fuq skala ferm iżgħar minn tan-Notte Bianca, iżda li tkun maħsuba biex tippromwovi aktar l-attivita’ kummerċjali f’dik il-lokalita’ rispettiva.”  Is-Segretarju Parlamentari qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġiet imħabbra attivita’ li ser issir fil-Mosta nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru.

Dakinhar, il-ħwienet fi Triq Kostituzzjoni, il-Mosta, ftehmu li jibqgħu miftuħin, u ser ikunu qegħdin jorganizzaw attivitajiet oħra matul il-ġurnata.  Dan qiegħed isir bil-ħsieb li tiġi ġġenerata aktar attivita’ kummerċjali.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “bħala Segretarjat, aħna lesti li nkunu ta’ għajnuna biex fejn negozji f’lokalitajiet ikunu jridu jorganizzaw attivitajiet simili, nagħtuhom għajnuna biex l-organizazzjoni ta’ attivita’ bħal din tiħfief.  Huwa ta’ sodisfazzjoni għalija li nara sidien ta’ ħwienet mgħejjuna mill-GRTU fil-lokalita’ tal-Mosta li jaslu li jorganizzaw konferenza ta’ l-aħbarijiet maħsuba biex jagħtu avviż fuq livell kollettiv biex iħabbru li huma ser jibqgħu miftuħa sal-ħin li tippermetti l-liġi.

“Nawgura li fix-xhur li ġejjin naraw aktar attivitajiet bħal dawn jiġu mħabbra, u nawgura li l-GRTU tibda tieħu rwol aktar organizzattiv fejn tħares lejn kif nistgħu noħorġu b’ideat innovattivi fl-ibliet u l-irħula tagħna f’inizjattivi biex niżviluppaw aktar fuq livell kollettiv l-attivita’ kummerċjali fl-ibliet u l-irħula tagħna” temm l-Onor. Edwin Vassallo.

DOI  06.12.2006

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow