PROPOSTA GĦAT-TWAQQIF TA’ FORUM GĦALL-BDIEWA, RAĦĦALA U PRODUTTURI AGRIKOLI TAR-REĠJUN TAL-MEDITERRAN
Is-settur agrikolu fir-reġjun tal-Mediterran kien diskuss fid-dettal matul is-sitt laqgħa tal-pajjiżi membri fiċ-CIHEAM li hu ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji Avvanzati fl-Agronomija (ix-xjenza dwar l-immaniġġjar tal-ħamrija u l-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’).
Il-pajjiżi membri kienu rappreżentati mill-Ministri ta’ l-Agrikoltura u Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.
F’diskors li għamel matul il-laqgħa, li saret fil-Kajr, l-Eġittu, il-Ministru Pullicino ppropona t-twaqqif ta’ forum għall-bdiewa, raħħala u produtturi agrikoli tal-Mediterran kif ukoll it-twaqqif ta’ fiera li tippromwovi prodotti Mediterranji.
Hu ressaq dawn il-proposti fid-dawl tal-bżonn li s-settur agrikolu fil-Mediterran għandu jkompli jingħata l-importanza fil-qafas ta’ tkabbir u żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi tal-Mediterran.
Fi tmiem il-laqgħa kienet adottata dikjarazzjoni li kienet tikkonċerna numru ta’ temi ta’ interess għas-settur agrikolu fir-reġjun tal-Mediterran fosthom żviluppi fi prodotti ta’ ikel u agrikoltura, policies dwar żvilupp rurali u l-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli Mediterranji.
DOI 06.12.2006
3.46 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958