IS-SIDIEN TAN-NEGOZJI QEGĦDIN IĦARSU LEJN IS-SENA LI ĠEJJA B’OTTIMIŻMU
“B’riżultat tal-miżuri mittieħda fil-Budget ta’ din is-sena, f’pajjżna żdiedet aktar il-consumer confidence li waslet biex illum l-ġurnata l-konsumatur qed iħossu aktar komdu jagħmel il-pjanijiet tiegħu fuq l-infieq. Jiena qiegħed indur f’ċentri kummerċjali u sodisfatt ninnota li l-infieq għal żmien il-festi tal-Milied huwa mifrux fuq diversi setturi ta’ prodotti u qed jinfirex ukoll f’diversi lokalitajiet. It-tħabbir fir-roħs tas-surcharge qed inissel ukoll iktar ottimiżu kemm fost il-konsumaturi tagħna kif ukoll fost is-sidien tan-negozji tagħna. Qegħdin insegwu ukoll l-investimenti u ftuħ ta’ negozju f’diversi ċentri kummerċjali u qegħdin naraw ukoll żieda fl-investiment fl-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna. Mill-kummenti li nisma minn fost id-diversi sidien ta’ negozji jidher li ħafna huma dawk li qegħdin ibassru li s-sena li ġejja ser tkun sena pożittiva”.
Dawn kienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt laqgħa man-negozji u l-istabilimenti fil-Plaza f’Tas-Sliema fejn hemm is-Segretarju Parlamentari ma naqasx li jawgura suċċess lil kumpless Plaza li qed ifakkar it-13-il sena mill-ftuħ tiegħu. Is-Segretarju Parlamentari awgura wkoll kull suċċess lin-negozji kollha tal-lokalita’.
Waqt iż-żjara kien hemm preżenti wkoll is-Sur Lionel Lapira, CEO tal-Plaza, u s-Sindku ta’ Tas-Sliema, is-Sinjura Marina Arrigo.
Fit-tmiem taż-żjara, l-Onor. Vassallo qal li “is-sentiment pożittiv li qed jesperjenzaw is-sidien tan-negozji f’pajjiżna jirrifletti ukoll is-sentiment ta’ ottimiżmu li negozji oħra fl-Ewropa għaddejjin minnu. Dan jixħduh ukoll statistika maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u mill-Eurochambers.”
DOI 06.12.2006
3.72 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958