Left arrow Go Back

IS-SIDIEN TAN-NEGOZJI QEGĦDIN IĦARSU LEJN IS-SENA LI ĠEJJA B’OTTIMIŻMU

PR1677
Date Icon 06/12/2006

“B’riżultat tal-miżuri mittieħda fil-Budget ta’ din is-sena, f’pajjżna żdiedet aktar il-consumer confidence li waslet biex illum l-ġurnata l-konsumatur qed iħossu aktar komdu jagħmel il-pjanijiet tiegħu fuq l-infieq.  Jiena qiegħed indur f’ċentri kummerċjali u sodisfatt ninnota li l-infieq għal żmien il-festi tal-Milied huwa mifrux fuq diversi setturi ta’ prodotti u qed jinfirex ukoll f’diversi lokalitajiet. It-tħabbir fir-roħs tas-surcharge qed inissel ukoll iktar ottimiżu kemm fost il-konsumaturi tagħna kif ukoll fost is-sidien tan-negozji tagħna. Qegħdin insegwu ukoll l-investimenti u ftuħ ta’ negozju f’diversi ċentri kummerċjali u qegħdin naraw ukoll żieda fl-investiment fl-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna. Mill-kummenti li nisma minn fost id-diversi sidien ta’ negozji jidher li ħafna huma dawk li qegħdin ibassru li s-sena li ġejja ser tkun sena pożittiva”. 

Dawn kienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt laqgħa man-negozji u l-istabilimenti fil-Plaza f’Tas-Sliema fejn hemm is-Segretarju Parlamentari ma naqasx li jawgura suċċess lil kumpless Plaza li qed ifakkar it-13-il sena mill-ftuħ tiegħu.  Is-Segretarju Parlamentari awgura wkoll kull suċċess lin-negozji kollha tal-lokalita’. 

Waqt iż-żjara kien hemm preżenti wkoll is-Sur Lionel Lapira, CEO tal-Plaza, u s-Sindku ta’ Tas-Sliema, is-Sinjura Marina Arrigo. 

Fit-tmiem taż-żjara, l-Onor. Vassallo qal li “is-sentiment pożittiv li qed jesperjenzaw is-sidien tan-negozji f’pajjiżna jirrifletti ukoll is-sentiment ta’ ottimiżmu li negozji oħra fl-Ewropa għaddejjin minnu.  Dan jixħduh ukoll statistika maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u mill-Eurochambers.” 

DOI  06.12.2006

3.72 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow