Left arrow Mur Lura

IT-TIENI GRUPP TA’ 1,000 DELEGAT GĦALL-KONFERENZA ANNWALI TA’ THOMAS COOK

PR1676
Date Icon 05/12/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, reġa’ żar is-Saluting Battery fil-Belt Valletta nhar it-Tlieta filgħaxija sabiex jagħti merħba lit-tieni grupp ta’ 1,000 delegat ta’ l-operaturi turistiċi Thomas Cook.   

Il-Ministru Zammit Dimech osserva li b’kollox f’anqas minn ġimgħa kienu ġew Malta 2,000 delegat ta’ din il-kumpanija tant magħrufa madwar id-dinja fil-qasam tat-turiżmu. Huwa qal li kien ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jara dawn id-delegati f’pajjiżna u japprezza li kien hemm kompetizzjoni qawwija ħafna li Malta kellha tirbaħ sabiex din il-konferenza ssir fostna. 

“Intom il-persuni li toffru l-ewwel parir lil min iżurkom għax ikun qed jippjana vakanza,” osserva l-Ministru Zammit Dimech, “Nawgura li l-esperjenza mill-aqwa li qed ikollkom ta’ Malta toffruha wkoll lil eluf oħra biex jiskopru huma wkoll lil Malta. Dan il-pajjiż joffri xejn anqas minn 7,000 sena ta’ storja u din l-esperjenza irid jaqsamha ma’ kull min iżurna, bi tbissima li tixhed l-ospitalita’ tradizzjonali tal-poplu Malti.” 

L-ewwel diskussjonijiet biex il-konferenza ta’ Thomas Cook issir f’ Malta kienu saru f’Londra f’Novembru 2005 meta il-Ministru Zammit Dimech kien iltaqa’ mad-diriġenti ta’ Thomas Cook waqt il-World Travel Market.  “Nixtiequkom li tiskopru kemm tistgħu lil Malta u li tapprezzaw l-esperjenza unika li Malta toffri,” qal il-Ministru Zammit Dimech, “Barra minn hekk, waqt li tkunu hawn, tajjeb li tindunaw li Malta llum mhux biss toffri storja u patrimonju kulturali, iżda wkoll ħajja kontemporanja ta’ l-ogħla livell fil-qasam ta’ l-arti u l-kultura.” 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow