Left arrow Go Back

“IL-POPLU MALTI GĦANDU QALB KBIRA” - Il-President ta’ Malta

PR1649
Date Icon 30/11/2006

Fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-preżenza tal-President u s-Sinjura Fenech Adami, ic-Chairman tal-PBS, is-Sur Joe Fenech Conti qassam is-somma ta’ Lm1,258,550 li nġabret mill-programm L-Istrina 2005, wara li tħallsu l-ispejjeż u mill-irkant ta’ karozzi BMW li sar waqt il-Konferenza taċ-CHOGM u li l-qliegħ tagħhom mar fil-Malta Community Chest Fund.

Nofs is-somma li nġabret mill-programm L-Istrina 2005 ingħataw bħas-snin ta’ qabel lill-President ta’ Malta Eddie Fenech Adami, li huwa c-Chairman tal-Malta Community Chest Fund u l-bqija lill-assoċjazzjonijiet soċjali oħrajn, li huma: Fondazzjoni Wens, Ejjew Għandi, Church Homes for the Elderly, Puttinu Cares - Children’s Cancer Support Group, Fondazzjoni Arka, Dar Fra Diego, Dar Ta’ San Gużepp, Caritas Malta, Friends of the Little Sisters of the Poor, Dar il-Kaptan, Skola Komunitarja tal-Kottonera, Fondazzjoni Ħajja Indipendenti, Malta Wireless and Talking Books for the Blind Foundation, The Friends of the Adult Training Centre, Dar San Pietro, Holy Family Home for the Elderly, Merħba Bik, Moviment Cana, Richmond Foundation, Step by Step Foundation, Segretarjat Assistenza Soċjali, Emigrants’ Commission, YMCA – Valletta, Foundation for Social Welfare Services, Għaqda Maltija Għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes,  Mental Health Association, Prison Fellowship Malta, Malta Dimentia Society, Community Project in Guatemala, Hospital Regional San Juan Bautista – Jalpatagua, Medical Missionary of Mary, SOS Solidarity Overseas Service u Criminal Justice Bureau. 

Il-President Fenech Adami qal li l-avveniment ta’ L-Istrina huwa wieħed li jgħin ħafna persuni u għaqdiet diversi. Permezz tal-ġenerożita` tal-Maltin, hafna nies fil-bzonn qegħdin jingħataw għajnuna u b’hekk itaffu mit-tbatijiet u d-diffikultajiet tal-ħajja. Il-President ta’ Malta  irringrazzja lill-organizzaturi, in-numru kbir ta’ voluntiera, il-Maltacom plc, id-ditti ta’ awdituri u lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni li kienu s-suċċess ta’ L-Istrina 2005. 

Il-President awgura lill-Poplu Malti u Ghawdxi li għandu qalb kbira u li jimpurtah minn ħaddiehor, sabiex jerġa jagħti l-kontribut siewi tiegħu għall-Istrina 2006 li ser issir nhar is-Sibt, 30 ta’ Diċembru, 2006. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow