‘MATER DEI’ SPTAR TA' KWALITÀ FI ŻMIEN 7 XHUR - L-ONOR. TONIO FENECH
Konferenza Stampa – 29 ta’ Novembru, 2006
Ir-ritmu fuq il-proġett ta’ Sptar Mater Dei għadu miexi kif ippjanat biex sa nofs is-sena id-dieħla jkollna sptar ġdid world-class, għall-benefiċċju tal-pazjent u ta’ l-impjegat ta’ l-istess sptar.Dan qalu, l-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Kap ta’ l-iSteering Committee ta’ Sptar Mater Dei, waqt konferenza stampali pprovdiet dettalji dwar l-istat tal-progress ta’ Sptar Mater Dei.
Is-Segretarju Parlametari spjega kif matul is-sena 2006 l-emfasi fuq il-proġett inbidlet minn waħda ta’ kostruzzjoni għal waħda ta’ finishing, stallazjoni ta’ għamara u apparat mediku kif ukoll għall-ghoti ta’ kuntratti għall-provvediment ta’ diversi servizzi.
Fil-konferenza stampa, msejjħa 7 xhur qabel id-data tat-tlestija ta’ l-isptar, l-Onor Tonio Fenech, elenka numru ta’ miri milħuqa, bħala konferma tal-progress kbir li kompla jiġi registrat f’dawn l-aħħar xhur, b’mod partikolari bejn Lulju u Novembru, 2006. Huwa ħabbar li:
· Il-51 Laboratorju tal-Patoloġija ta’ Mater Dei ġew mgħoddija għand il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex Inso Spa, il-kuntrattur li qiegħed jipprovdi l-apparat mediku, ikun jista’ jibda l-istallazjoni tal-loose equipment. Dan wara li l-apparat fiss diġà twaħħal mill-istess Inso matul is-sajf li għadda.
· Skanska Malta JV għaddiet numru ta’ Swali li jinsabu f’Ram 1 (Surgical, Urology, Paediatric, Obstetrics, Ophthalmic) lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. L-għamara ġiet installata minn Frezza filwaqt li Inso Spa diġa’ stallat l-aparat mediku fiss. Issa baqa’ biss li Inso tistalla l-kumpalment tal-loose equipment. Ram 2 (Surgical, Gynecology, ENT, Obstetrics) qed tiġi mgħoddija lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi dan ix-xahar għall-istallazjoni ta’ l-apparat mediku, filwaqt li Ram 3 (Surgical, Medical, Orthopedic) u Ram 4 (Medical, Neurosciences, Cardiac, Infectious Diseases, Psychiatry) jgħaddu għand il-Fondazzjoni f’Diċembru 2006 u Jannar 2007 rispettivament. (Nota: Skanska qasmet Blokk D f’4 Construction Areas jew RAMS)
Is-Segretarju Parlamentari Fenech spjega ukoll li:
· L-ordnijiet fuq l-apparat mediku qed jipproċedu tajjeb wkoll. Minn kuntratt b’valur totali ta’ € 62 miljun ġew ordnati b’madwar € 55 miljun u sa issa diġà wasal fuq il-post b’kemm jiswew € 30 miljun ta’ apparat. Fost il-ħidma kurrenti wieħed ta’ min isemmi l-Operating Theatres, il-Laboratorji, id-Dipartimenti tar-Radjoloġija u s-CSSD (Central Sterile Supplies Department) u l-Hyperbaric Unit.
· Sal-lum ġie ordnat aktar minn 60% tal-valur totali tal-kuntratt ma’ Frezza għall-istallazjoni ta’ l-ghamara. Ix-xogħol ta’ għamara fl-Outpatients, fil-Utility Block u fis-swali ta’ Ram 1 huwa komplut.
· Il-kuntratt għall-provvediment ta’ l-ikel tal-pazjenti li ġie mogħti lill-Malta Health Care Caterers Ltd se jiġi iffirmat fil-ġranet li ġejjin. F’dan il-mument il-kuntrattur qiegħed iwettaq l-alterazzjoni tal-Kċina tiegħu skond id-dettalji tal-kuntratt.
· Fil-5 ta’ Ottubru, 2006 ġie ippublikat tender għall-amministrazzjoni tal-Car Parks ta’ Mater Dei bi spazju għal madwar 1,900 karozza u b’possibbiltà għal estensjoni ta’ madwar 340 spazju ieħor. It-tender jipprovdi wkoll għas-servizz ta’ sigurtà fil-car parks u fil-periferiji ta’ Sptar Mater Dei. It-tender jagħlaq f’Jannar tal-2007.
· Fil-5 ta’ Novembru, 2006 ġie ippublikat tender li jagħlaq fil-11 ta’ Diċembru, 2006 għas-servizzi ta’ Kafetterija għall-pubbliku, Ristorant għall-istaff, 7 kiosks fl-Entratura Prinċipali, u diversi vending machines ta’ l-ikel u x-xorb mqassma ma’ l-isptar kollu.
L-Onorevoli Tonio Fenech ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin il-ħidma mistennija tkompli bl-istess rittmu mgħaġġel:
· Is-sejha għat-Tender għax-xiri ta’ Storage/Logistics Equipment tagħlaq għada it-30 ta’ Novembru, 2006 biex imbagħad tgħaddi għall-fażi ta’ aġġudikazzjoni.
· Il-kuntratt ta’ tisbieħ tal-madwar ta’ l-isptar se jigi iffirmat għada it-30 ta’ Novembru, 2006 ma’ l-Environmental Landscapes Consortium.
· Fil-ġranet li ġejjin se titħabbar kompetizzjoni għat-tfal ta’ bejn 5 u 13 il-sena bil-għan li x-xogħlijiet artistici magħżula jibdew isebbħu u allura jagħmlu parti mill-ambjent ta’ kura fis-Swali tat-Tfal.
· Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru se titħabbar kompetizzjoni pubblika għad-disinn ta’ Skultura jew Stallazjoni Artistika li trid issebbaħ id-daħla ta’ Sptar Mater Dei.
· Sabiex tkompli titjieb l-esperjenza tal-pazjent f’Mater Dei, f’Diċembru li ġej, se jiġi ippublikat tender għall-provizjoni ta’ Bedside Information & Communication Services li jinkludu telefonija, televiżjoni u internet minn ħdejn kull sodda għall-użu tal-pazjenti.
L-Onorevoli Tonio Fenech saħaq lil-ħidma ma taqta’ xejn hija sforz ta’ entużjażmu u ta’ koordinazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Skanska Malta JV, Inso Spa, Frezza u 1-1,200 professjonisti u ħaddiema, li bħalissa huma impjegatifuq dan il-proġett. Huwa irringrazzja lill-kulħadd għall-isforzi u l-koperazzjoni tiegħu u reġa’ esprima d-determinazzjoni tal-Gvern Malti li fi zmien 7 xhur jagħti lill-poplu Malti sptar world-class.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958