Left arrow Go Back

‘MATER DEI’ SPTAR TA' KWALITÀ FI ŻMIEN 7 XHUR - L-ONOR. TONIO FENECH

PR1644
Date Icon 29/11/2006

Konferenza Stampa – 29 ta’ Novembru, 2006

Ir-ritmu fuq il-proġett ta’ Sptar Mater Dei għadu miexi kif ippjanat biex sa nofs is-sena id-dieħla jkollna sptar ġdid world-class, għall-benefiċċju tal-pazjent u ta’ l-impjegat ta’ l-istess sptar.Dan qalu, l-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Kap ta’ l-iSteering Committee ta’ Sptar Mater Dei, waqt konferenza stampali pprovdiet dettalji dwar l-istat tal-progress ta’ Sptar Mater Dei.

Is-Segretarju Parlametari spjega kif matul is-sena 2006 l-emfasi fuq il-proġett inbidlet minn waħda ta’ kostruzzjoni għal waħda ta’ finishing, stallazjoni ta’ għamara u apparat mediku kif ukoll għall-ghoti ta’ kuntratti għall-provvediment ta’ diversi servizzi.

Fil-konferenza stampa, msejjħa 7 xhur qabel id-data tat-tlestija ta’ l-isptar, l-Onor Tonio Fenech, elenka numru ta’ miri milħuqa, bħala konferma tal-progress kbir li kompla jiġi registrat f’dawn l-aħħar xhur, b’mod partikolari bejn Lulju u Novembru, 2006.  Huwa ħabbar li:

·        Il-51 Laboratorju tal-Patoloġija ta’ Mater Dei ġew mgħoddija għand il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex Inso Spa, il-kuntrattur li qiegħed jipprovdi l-apparat mediku, ikun jista’ jibda l-istallazjoni tal-loose equipment. Dan wara li l-apparat fiss diġà twaħħal mill-istess Inso  matul is-sajf li għadda.

·        Skanska Malta JV għaddiet numru ta’ Swali li jinsabu f’Ram 1 (Surgical, Urology, Paediatric, Obstetrics, Ophthalmic) lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.  L-għamara ġiet installata minn Frezza filwaqt li Inso Spa diġa’ stallat l-aparat mediku fiss.  Issa baqa’ biss li Inso tistalla l-kumpalment tal-loose equipment.  Ram 2 (Surgical, Gynecology, ENT, Obstetrics) qed tiġi mgħoddija lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi dan ix-xahar għall-istallazjoni ta’ l-apparat mediku, filwaqt li Ram 3 (Surgical, Medical, Orthopedic) u Ram 4 (Medical, Neurosciences, Cardiac, Infectious Diseases, Psychiatry) jgħaddu għand il-Fondazzjoni f’Diċembru 2006 u Jannar 2007 rispettivament. (Nota: Skanska qasmet Blokk D f’4 Construction Areas jew RAMS)

Is-Segretarju Parlamentari Fenech spjega ukoll li:

·        L-ordnijiet fuq l-apparat mediku qed jipproċedu tajjeb wkoll.  Minn kuntratt b’valur totali ta’ € 62 miljun ġew ordnati b’madwar € 55 miljun u sa issa diġà wasal fuq il-post b’kemm jiswew € 30 miljun ta’ apparat.  Fost il-ħidma kurrenti wieħed ta’ min isemmi l-Operating Theatres, il-Laboratorji, id-Dipartimenti tar-Radjoloġija u s-CSSD (Central Sterile Supplies Department) u l-Hyperbaric Unit.

·        Sal-lum ġie ordnat aktar minn 60% tal-valur totali tal-kuntratt ma’ Frezza għall-istallazjoni ta’ l-ghamara.  Ix-xogħol ta’ għamara fl-Outpatients, fil-Utility Block u fis-swali ta’ Ram 1 huwa komplut.

·        Il-kuntratt għall-provvediment ta’ l-ikel tal-pazjenti li ġie mogħti lill-Malta Health Care Caterers Ltd se jiġi iffirmat fil-ġranet li ġejjin.  F’dan il-mument il-kuntrattur qiegħed iwettaq l-alterazzjoni tal-Kċina tiegħu skond id-dettalji tal-kuntratt.

·        Fil-5 ta’ Ottubru, 2006 ġie ippublikat tender għall-amministrazzjoni tal-Car Parks ta’ Mater Dei bi spazju għal madwar 1,900 karozza u b’possibbiltà għal estensjoni ta’ madwar 340 spazju ieħor.  It-tender jipprovdi wkoll għas-servizz ta’ sigurtà fil-car parks u fil-periferiji ta’ Sptar Mater Dei.  It-tender jagħlaq f’Jannar tal-2007.

·        Fil-5 ta’ Novembru, 2006 ġie ippublikat tender li jagħlaq fil-11 ta’ Diċembru, 2006 għas-servizzi ta’ Kafetterija għall-pubbliku, Ristorant għall-istaff, 7 kiosks fl-Entratura Prinċipali, u diversi vending machines ta’ l-ikel u x-xorb mqassma ma’ l-isptar kollu.

L-Onorevoli Tonio Fenech ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin il-ħidma mistennija tkompli bl-istess rittmu mgħaġġel:

·        Is-sejha għat-Tender għax-xiri ta’ Storage/Logistics Equipment tagħlaq għada it-30 ta’ Novembru, 2006 biex imbagħad tgħaddi għall-fażi ta’ aġġudikazzjoni.

·        Il-kuntratt ta’ tisbieħ tal-madwar ta’ l-isptar se jigi iffirmat għada it-30 ta’ Novembru, 2006 ma’ l-Environmental Landscapes Consortium.

·        Fil-ġranet li ġejjin se titħabbar kompetizzjoni għat-tfal ta’ bejn 5 u 13 il-sena bil-għan li x-xogħlijiet artistici magħżula jibdew isebbħu u allura jagħmlu parti mill-ambjent ta’ kura fis-Swali tat-Tfal.

·        Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru se titħabbar kompetizzjoni pubblika għad-disinn ta’ Skultura jew Stallazjoni Artistika li trid issebbaħ id-daħla ta’ Sptar Mater Dei.

·        Sabiex tkompli titjieb l-esperjenza tal-pazjent f’Mater Dei, f’Diċembru li ġej, se jiġi ippublikat tender għall-provizjoni ta’ Bedside Information & Communication Services li jinkludu telefonija, televiżjoni u internet minn ħdejn kull sodda għall-użu tal-pazjenti. 

L-Onorevoli Tonio Fenech saħaq lil-ħidma ma taqta’ xejn hija sforz ta’ entużjażmu u ta’ koordinazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Skanska Malta JV, Inso Spa, Frezza u 1-1,200 professjonisti u ħaddiema, li bħalissa huma impjegatifuq dan il-proġett. Huwa irringrazzja lill-kulħadd għall-isforzi u l-koperazzjoni tiegħu u reġa’ esprima d-determinazzjoni tal-Gvern Malti li fi zmien 7 xhur jagħti lill-poplu Malti sptar world-class.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow