Left arrow Mur Lura

CHAIRMAN ĠDID GĦALL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FOLKLOR

PR1641
Date Icon 28/11/2006

George Zahra nħatar Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor wara li Alfred Chetcuti rriżenja minn din il-kariga għal raġunijiet personali. George Zahra ngħata din il-ħatra b’effett immedjat mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech. Huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi Chairman ta’ l-istess Kummissjoni. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech irringrazzja lil Alfred Chetcuti għall-ħidma tiegħu favur il-folklor f’pajjiżna filwaqt li awgura lil George Zahra ħidma mill-aqwa fil-kariga l-ġdida tiegħu. 

George Zahra twieled nhar il-5 ta’ Frar, 1935. Ircieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kullegg De La Salle u beda jaħdem it-Tarzna fl-1950 fejn qatta’ 45 sena.  Bejn l-1976 u 1982 kien ukoll membru tal-Kunsill tat-Tarzna.  Illum George Zahra huwa pensjonant. 

George Zahra daħal membru tal-Kumitat Festi Nazzjonali fl-1971.  Fl-2001, meta ġiet formata għall-ewwel darba l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, hu ngħata l-kariga ta’ Viċi Chairman.  Bejn l-1996 u l-1999 serva ukoll ta’ Chairman tal-Kumitat tal-Karnival.   

George Zahra hu miżżewweġ lil Agnes neè Brown u għandu tifla Annette. 

Il-Kummisjoni Nazzonali Folklor hija responsabbli għall-organizazzjoni ta’ diversi attivitajiet nazzjonali nkluż il-Karnival u George Zahra huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar li għandu esperjenza vasta f’dan il-qasam.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow