STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ L-ONOR FRANCIS AGIUS
Milqugħ mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI
“Nibgħat il-Barka Appostolika Tiegħi lill-Bdiewa, r-Raħħala u s-Sajjieda Maltin u Għawdxin”
Din kienet ir-reazzjoni tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI għat-talba tas-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, meta matul il-ġimgħa li għaddiet iltaqa’ mal-Qdusija Tiegħu fil-Belt tal-Vatican.
Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-FAO li sar f’Ruma, il-Qdusija Tiegħu ikkonċeda udjenza lis-Segretarju Parlamentari Agius. Dr Agius, meta kien qed jitkellem mal-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI, spjega kif iħossu onorat li l-Papa sab ħin li jiltaqa’ miegħu u talbu biex ibierek il-ħidma tal-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin b’mod speċjali l-Bdiewa, ir-Raħħala u s-Sajjieda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958