STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CARMELO MIFSUD BONNICI
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, jagħmel referenza għal dak li ntqal mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant, sija waqt li kien qiegħed jindirizza l-laqgħa ġenerali annwali ta’ l-Għaqda Veterani Laburisti, nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2006, kif ukoll waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza politika fil-Gżira, nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2006.
Irid jingħad illi skond il-liġi, meta jiġi ppreżentat rikors fl-atti ta’ kawża kriminali, dan għandhom dritt li jarawħ biss il-partijiet fil-kawża, jiġifieri l-prosekuzzjoni, l-persuna akkużata u l-avukat difensur tiegħu.
Irid jigi dikjarat li f’ebda mument is-Segretarju Parlamentari Dr Carmelo Mifsud Bonnici ma kien jaf b’dan ir-rikors jew bil-kontenut tiegħu, ħlief wara li Dr Sant tkellem dwaru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958