Left arrow Mur Lura

CLEAN UP THE WORLD MALTA 2006: X’INHU L-AĦJAR GĦALL-PAJJIŻNA – NĦAMMĠUH JEW INSEBBĦUH?

PR1629
Date Icon 27/11/2006

L-edukazzjoni u l-ambjent huma żewġ elementi li minsuga flimkien jagħtu riżultati pożittivi fl-aspett socjo-ekonomiku ta’ pajjiżna.  Hu importanti li uliedna sa minn ċkunithom ikunu mgħallma u edukati favur l-għożża lejn l-ambjent inġenerali ta’ pajjżna. It-tema magħżula għal Clean Up the World ta’ din is-sena hi proprju ntenzjonata sabiex il-parteċipanti japprezzaw u jifhmu x’inhu l-aħjar għall-pajjiżna, jekk hux il-ħmieġ u l-vandaliżmu jew it-tisbiħ. 

Dan qalu l-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit f’konferenza ta’ l-aħbarijiet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Izvilupp Rurali u l-Ambjent, George Pullicino marbuta mal-Clean Up the World 2006.  Il-programm tal-Clean Up the World ta’ din is-sena se jkun maqsum fuq jumejn, fl-1 u 2 ta’ Diċembru.  Bħal kull sena l-konkorrenza minn numru ta’ parteċipanti hija b’saħħitha u tinkludi kull eta’.  Diversi Kunsilli Lokali, ammont sostanzjali ta’ studenti minn numru ta’ skejjel, għaqdiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet, entitajiet tal-Gvern u ħaddiema tad-dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika ser jingħaqdu flimkien biex għal ġurnata waħda jnaddfu diversi siti mxerrda ma’ Malta u Għawdex.  Clean Up the World hu avveniment li jkun organizzat minn diversi pajjiżi madwar id-dinja u l-għan prinċipali tiegħu hu li filwaqt li l-parteċipanti jnaddfu sit f’pajjiżhom, fl-istess ħin tikber il-kuxjenza favur ambjent nadif u isbaħ. 

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li biex tkun enfasizzata t-tema magħżula, numru ta’ skejjel fin-nofsinhar ta’ Malta ġew magħżula sabiex inaddfu ż-żona ta’ Wied Babu, Wied iż-Zurrieq u Ħaġar Qim.  Dan ser isir peress li l-għada, l-istess tfal ser jipparteċipaw fit-tħawwil ta’ fjuri li ser jikkumplimentaw il-promenade ta’ Wied Babu, proġett li tlesta fil-ġranet li għaddew.  Ma dawn ser ikun hemm varjeta’ umoristika ndirizzata lejn it-tfal, filwaqt li filgħaxija ser jiġi inawgurat il-proġett ta’ Wied Babu. 

Il-Ministru George Pullicino qal li l-involviment ta' ċittadini differenti f'attività bħal din jagħti sens ta' ownership ta' l-ambjent lil kull min jipparteċipa għax jifhem li l-ambjent huwa tiegħu daqs kemm hu ta' ħaddieħor u hu responsabbli mill-ħarsien u t-titjib tiegħu daqs ħaddieħor.Fi ftit kliem, l-idea fundamentali ta' Clean Up the World hija waħda - li timmobilizza liċ-ċittadini ħalli jieħdu sehem prattiku fis-sostenibbiltà ta' l-ambjent. Wieħed irid iħossu parti mill-ambjent li jgħix  fiħ biex japprezzaħ u jibza' ghaliħ - il-mument li kull wieħed u waħda minna japprezza l-ibliet, l-irħula, il-bajjiet, il-kampanja u l-postijiet pubbliċi tagħha bl-istess mod kif nibżgħu u nżommu djarna nibdew nagħmlu u naraw id-differenza f'pajjiżna. 

Fl-aħħarnett iż-żewġ Ministri rringrazzjaw lill-parteċipanti li ser jipparteċipaw u faħħru l-interess u l-involviment ta’ numru ta’ kumpaniji li ser jieħdu sehem attiv jew finanzjarju sabiex il-Clean Up the World ta’ din is-sena terga` tkun suċċess u ta’ utilita` għan-nazzjon.  Il-kumpaniji li qed jisponsorjaw l-avveniment jinkludu Bank of Valletta, BICC, Bio Diesel, GreenPak, HSBC, McDonalds, MEPA, Wasteoils Co. Ltd., u WasteServ Malta Ltd. 

.../ List of participating councils

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow