TIFKIRA F’ĠIEĦ LEWIS PORTELLI
Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Novembru 2006, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol se jtella’ serata ta’ tifkira f’ġieħ Lewis Portelli, ġurnalist sportiv, li ħalla din id-dinja f’Settembru li għadda.
L-attività se tfakkar lil dan il-personaġġ, istituzzjoni fil-ġurnaliżmu sportiv lokali, permezz ta’ diskorsi u tifkiriet awdjo-viżivi dwar karriera li bdiet ħamsin sena ilu. Iżda Lewis mhux se jkun imfakkar biss għall-ġurnaliżmu sportiv fuq il-gażżetti, ir-radju u t-televiżjoni, iżda wkoll għal ħidmietu fl-amministrazzjoni ta’ l-isport, fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u fid-Dar tal-Providenza.
Is-serata f’ġieħ Lewis Portelli, taħt il-partoċinju tal-Ministru Louis Galea se ssir fis-Sala Robert Sammut fil-Furjana nhar l-Erbgħa 29 ta’ Novembru 2006 fis-19.00.
Kulħadd huwa mistieden.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958