Left arrow Mur Lura

ĦIDMA FAVUR IT-TRATTAMENT AĦJAR TA’ L-ANNIMALI

PR1624
Date Icon 26/11/2006

Yelp for Help twaqqfet biex tappoġġja u tgħin organizzazzjonijiet u individwi li jgħinu annimali abbandunati. L-ewwel għajnuna minn din l-organizzazzjoni (non-profit) tmur għal problemi finanzjarji u ta’ organizzazzjoni li jiltaqgħu magħhom kuljum dawn l-għaqdiet u individwi. 

Sentejn ilu Yelp for Help organizzat weekend ta’ attivitajiet fil-Kumpless ta’ Bay Street fejn DJs, li wkoll iħobbu l-annimali, u organizzaw sensiela ta’ attivitajiet bl-iskop li jiġbru flus ħalli jgħinu għaqdiet u individwi li jħarsu l-annimali. 

Is-sena l-oħra Yelp for Help organizzaw ‘Walk Your Dog Day’ fil-Ġonna tal-Buskett li kienet suċċess. Din is-sena Yelp for Help ser jorganizzaw il-‘fuRRRRballs festival’ għal darb’oħra fil-Ġonna tal-Buskett. F’din l-attivita’ ser jipparteċipaw atturi u mużiċisti. Ser jittella’ ‘suq’ minn voluntieri ta’ santwarji ta’ l-annimali lokali; tined għall-ikel u x-xorb; tinda għall-qari ta’ stejjer lit-tfal; wirja tal-klieb mill-Protezzjoni Ċivili u wirjiet ‘live’ minn “Filletti & Gianni Unplugged & DJ sets.”

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li inawgura din l-attivita’, feraħ lill-għaqda Yelp for Help għall-inizjattiva tagħha. Hu qal li l-annimali għandna nieħdu ħsiebhom u ħadd m’għandu jaħqarhom jew jabbandunahom. Hu qal li dan jiġri l-aktar fix-xhur tas-sajf meta ħafna jsiefru u jitlqu l-annimali għal għonq it-triq. Hu qal li moħqrija ta’ dan it-tip kienet ta’ min jistmerrha u jikkundannaha

“Jien nemmen li dawk li jagħtu każ ta’ l-annimali u jħarsuhom minn min jipprova jaħqarhom ma jsibu ebda diffikulta’ li jħarsu wkoll l-ambjent madwarna. Meta Yelp for Help qed jiġbru flus biex jappoġġjaw annimali domestiċi bla dar, jkunu qed iwettqu att sabiħ li hu ta’ min jinkoraġġieħ,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fi żmien meta hawn ħafna nies li huma aktar konxji mill-annimali, għaqdiet li jaħdmu favurhom għandna ninkoraġġuhom b’kull mezz ħalli jiġbru l-fondi meħtieġa favur għaqdiet volontarji u individwi li jieħdu ħsieb il-ħarsien ta’ l-annimali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow